IS-SINJURA MARGARET ABELA TNIEDI IL-KAMPANJA TAL-PIGGY BANKS FL-ISKEJJEL
pr1903
19/10/2010
| Is-Sinjura Margaret | Abela illum nediet il-kampanja tal-Piggy Banks fl-iskejjel tal-gvern kif ukoll fl-iskejjel tal-Knisja. |
| Din il-kampanja, | waħda mill-attivitajiet b’risq l-Istrina, is-sena l-oħra ħalliet riżultati tajbin ħafna, fejn it-tfal fl-iskejjel jimpenjaw ruħhom u jagħtu dik ix-xi ħaġa żgħira mill-pocket money tagħhom. Is-Sinjura Abela saħqet dwar l-importanza li nkunu konxji mill-problemi ta’ persuni li qed ibatu. |
| F’messagg li ghamlet | lit-tfal meta żaret l-iskola tal-Gvern ta’ San Pawl il-Bahar u l-iskola tal-Knisja tad-Dorotey, is-sinjura Abela qalet illi “l-Malta Community Chest Fund matul is-sena tgħin diversi nies li jkunu għaddejjin minn problemi varji. Permezz tal-flus li intom tpoġġu fil-karus, tkunu qegħdin tgħinu lill-familji u tfal bħalkom li jkollhom problemi kemm ta’ mard, kif ukoll ta’ finanzi. Ninsab konvinta li intom mhux l-ewwel darba, li ltqajtu ma’ tfal fl-iskola tagħkom li jkollhom xi membru tal-familja li jkollu bżonn kura sabiex ifieq. Permezz tas-sagrifiċċju u l-ġenerożità tagħkom, ikunu jistgħu jinxtraw l-affarijiet u l-mediċini li jkun hemm bżonn sabiex terġa’ tingħata t-tama lil dawn il-familji. Apparti milli niġbru l-flus fil-karus, hu importanti wkoll li intom tkunu l-vuċi tal-karità ..... twasslu l-messaġġ ta’ solidarjetà u ta’ mħabba lejn ħutna li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.” |
| Id-drama centre | ippreparaw messaġġ permezz ta’ dramm interpretat minn Ninette Micallef fejn ingħata messaġġ lit-tfal min huma dawk li jibbenifikaw mill-fondi li jinġabru. |
| Dil-kampanja tibqa | għaddejja fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex sal-attivita’ tal-Istrina fejn is-Sinjura Abela żżur il-Kulleggi kollha u tgħaddi dan il-messaġġ. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992