Left arrow Go Back

KOMMEMORAZZJONI TAL-POETA NAZZJONALI DUN KARM PSAILA FL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-BNIET TAL-KULLEĠĠ SANTA MARGERITA F’BORMLA

pr1902
Date Icon 19/10/2010
Fl-iskola sekondarjatal-bniet tal-Kulleġġ Santa Margerita f’Bormla, illum saret kommemorazzjoni tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila, li l-ġimgħa li l-bieraħ tfakkar il-139 anniversarju mit-twelid tiegħu.
Għal din l-okkażjonil-iskola ħejjiet plakka bil-kliem tal-Innu Malti li kienet inawgurata mill-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u ol-Familja, Stephen Spiteri, li f’kelmtejn tal-okkażjoni li għamel lill-istudenti ħeġġiġhom biex jibqgħu jgħożżu t-tifkiriet tal-antenati tagħna fosthom, il-Poeta Nazzjonali li barra milli tagħna l-innu nazzjonali ħallilna wkoll wirt ta’ kitba u poeżija fl-ilsien Malti.
Għal din iċ-ċerimonja,barra mill-istudenti tal-iskola li qraw kitbiet ta’ Dun Karm, kien preżenti wkoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita, Stephen Cachia u s-Surmast tal-iskola James Camilleri fimkien ma’ għalliema u amministraturi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow