Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA

pr1900
Date Icon 18/10/2010
F’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru tal-Edukazzjoni,Xogħol u l-Familja kien għaddej b’diskussjonjiet mal-YMCA biex jassigura s-sostenibilta’ tal-proġetti ta’ din l-organizzazzjoni.  Fid-diskussjonijiet li saru sa mill-bidu ta’ din is-sena, il-Ministeru kien dejjem ċar dwar l-allokazzjoni finanzjarja għall-2010.  Il-YMCA qed jingħataw flus mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji, mill-Benefiċċji Soċjali li jingħataw għal tfal li jgħixu fi Djar Residenzjali, il-Benefiċċju tal-Enerġija, u minn fondi oħra tal-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ u l-High Support Service.
Fid-diskussjonijietil-Ministeru kien qed jitlob, fost affarijiet oħra ‘audited accounts’ tal-YMCA għas-sena 2009 u anke offra l-għajnuna professjonali permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ Awditur li kien maħtur biex jgħinhom jibnu sistema finanzjarja li tkun skont kif titlob il-prassi professjonali.  Minkejja diversi tentattivi biex naraw jekk dan l-eżerċizzju hux qed isir, sal-lum il-Ministeru mhux infurmat li dan sar u wisq anqas li għandu kopja ta’ dawn l-audited accounts.
Sadattant, f’dawn l-aħħar xhur, l-Aġenzija Appoġġ fiħdan il-Fondazzjoni tas-Servizzi Soċjali u l-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ li t-tnejn għandhom professjonisti fil-qasam, urew it-tħassib tagħhom mal-Ministeru dwar il-kwalita’ ta’ kura u ħarsien li kienu qed jingħataw il-minuri fis-servizz residenzjali tal-YMCA.  Huma esprimew ċerti riservi dwar l-ambjent u l-programm li l-minuri qed isegwu.
Fl-aħħarlaqgha li saret ix-xahar li għadda mal-Ministeru, l-YMCA esprimit il-biża’ li mhux se jkollha fondi biżżejjed għal din is-sena. Il-YMCA kellha tinforma lill-Ministeru dwar il-passi li kellha tieħu biex tassigura li l-proġetti tagħha huma sostennibbli. Il-Ministeru ma ħax risposta mingħand il-YMCA u għalhekk, fiċ-ċirkostanzi, beda jieħu l-passi meħtieġa biex lill-minuri jinstabulhom arranġamenti alternattivi fl-aħjar interess tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow