STQARRIJA MILL-MINISTERU TAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1899
18/10/2010
| Leo Brincat kontra l-kompetizzjoni | fis-suq |
| Il-Gvern bil-kontra tal-Opposizzjoni | jinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ kumpaniji li jaħdmu sabiex ikun isseparat aktar l-iskart li jigi generat f’pajjiżna. |
| Il-Gvern jerġa jtenni kif intqal | fl-istqarrija preċedenti li dejjem ikkonsulta mal-entitajiet kollha li joperaw u li kienu nteressati li joffru s-servizz ta’ separazzjoni tal-iskart. Il-konsultazzjoni kienet issir anki ma’ dawk li kienu nteressati li jidhlu fis-suq, peress li kwalunkwe żvilupp kien se jkollu effett fuq l-operat tas-settur. Minhabba li Leo Brincat ma jridx kompetizzjoni, ma riedx li l-Gvern jikkonsulta ma’ kulhadd. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u | l-Afarijiet Rurali bħal kulħadd, kien infurmat li għaddej il-proċess mal-MEPA fuq l-applikazzjoni ta’ Green MT. Dan hu process pubbliku u trasparenti. L-Onor Brincat qed jgħawweġ id-diskors meta jgħid li l-kumpanija ‘ma kienitx kisbet il-permessi mehtiega’. Il-kumpanija kienet għada fil-proċess biex tikseb il-permess u mhux ma kienetx kisbitu. Dan juri kif l-Onor Brincat hu nieqes minn sens ta’ tmexxija ġusta li tagħraf tikkonsulta ma’ kulħadd biex ikun garantit futur sostenibbli f’settur li għadu qed jikber. |
| L-Onor Brincat imissu jaf bħala | ex-Ministru tal-Finanzi, li l-WasteServ għanda data speċifika biex tissottometti l-kontijiet finanzjarji tagħha, liema data għadha ma skadietx. Għaldaqstant il-WasteServ ma wettqitx xi nuqqas kif qed jipprova jallega l-Onor Brincat. |
| Bl-attakki tiegħu fuq Green MT, | l-Onor Brincat qed juri biċ-ċar li l-Oppozizzjoni jattakka korpi kostitwiti u kumpaniji tagħhom meta u fejn jaqbillu. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992