Left arrow Go Back

Opportunità oħra għal min jixtieq scholarship biex jikseb l-ewwel Degree

pr1897
Date Icon 18/10/2010
Id-Direttoratgħat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja qed jerġa’ jiftaħ, għal żmien limitat, is-sejħa għall-Boroż ta’ Studju “undergraduate” fl-iskema tal-Malta Government Scholarships Scheme (MGSS).
Kulmin se jibda jew diġa’beda l-istudji tiegħu li jwassluh għall-ewwel grad universitarju (Livell 6 fuq il-Malta Qualifications Framework) jista’ japplika sat-Tnejn, l-1 ta’ Novembru, 2010.  Kull kors ma jistax jibda wara l-31 ta’ Jannar 2011.
Persuni li applikaw taħtdin l-istess skema maħruġa aktar kmieni din is-sena u li għalqet fis-17 ta’ Settembru, 2010 m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw.  Applikanti oħra li ppreżentaw l-applikazzjoni wara din id-data, iridu jerġgħu japplikaw biex it-talba tagħhom tkun ikkunsidrata.
Permezz ta’ din l-iskema,l-Gvern qed ikompli jestendi l-għajnuna tiegħu lil dawk l-istudenti Maltin u Għawdxin li jixtiequ jistudjaw biex jakkwistaw gradi ta’ baċċillieri minn istituzzjonijiet lokali u barranin ta’ reputazzjoni u fl-istess ħin igawdu mill-benifiċċji finanzjarji li għandhom studenti universitarji Maltin li qed jistudjaw fl-Universita ta’ Malta.

Ir-Regolamenti flimkien mal-formola tal-Applikazzjoni jinstabu fuq is-sit elettroniku http://www.education.gov.mt/mgss_ug.htm.  

F’każ ta’ diffikulta,wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2598 2250 jew jibgħat imejl lil ugscholarships.meef@gov.mt.  L-applikazzjonijiet jridu jaslu fl-Uffiċċju tal-Customer Care, Direttorti tal-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana sat-Tnejn, l-1 ta’ Novembru, 2010 f’nofsinhar (ħin ta’ Malta).
Fis-sejħa li għalqetf’Settembru li għadda, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja rċieva 142 applikazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow