Left arrow Go Back

L-amministrazzjoni tal-finanzi tal-pajjiżi Ewropej diskussa fil-Lussemburgu

pr1894
Date Icon 18/10/2010
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, jinsab fil-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Fil-Lussemburgu se ssir ukoll laqgћa tat-TaskForce, imwaqqaf mill-President tal-Kunsill, Herman Van Rompuy.
Il-Ministru Tonio Fenechhuwa akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta gћall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqt il-Eurogroup, li sejattendi gћalih ukoll il-Kummissarju Ewropew gћall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Olli Rehn, il-Ministri tal-Finanzi Ewropej se jkomplu jiddiskutu l-aћћar żviluppi dwar l-istabbilità finanzjarja fiż-żona ewro fid-dawl tal-problemi finanzjarji li sabu ruћhom bosta Stati Membri, wara li esperjenzaw żidiet konsiderevoli fir-rata tad-defiċit u d-dejn tagћhom.
Fit-taskforce,il-Ministri se jkomplu jiddiskutu l-proposti li saru biex ikun hemm regolamentazzjoni aktar stretta, fid-dawl tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir, bl-gћan li tkun assigurata s-sostenibbiltà u l-kredibilità tal-finanzi pubbliċi fid-dawl tar-rati gћoljin ta’ defiċits f’bosta Stati Membri tal-UE.
Il-Ministri se jћejjuwkoll gћas-Summit tal-G20 li se jsir f’Seoul fil-11 u t-12 ta’ Novembru, summit li mistenni jiffoka fuq il-qagћda ekonomika globali u fuq il-pjan ta’ azzjoni li gћandu jiġi adattat fil-Qafas gћat-Tkabbir Ekonomiku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow