Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL- Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment

pr1891
Date Icon 17/10/2010
Mhux veru dak li qal il-Kaptal-Oppożizzjoni dwar il-pagi
Għal darb’oħra, il-Ministerutal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jiċħad dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-pagi.
Mhux veru li hemm xi pjaninjet biexjitnaqqsu l-pagi kif reġa’ rrepeta l-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu.
Il-politika tal-Gvern hi mibnija fuqil-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol ta’ kwalità aħjar. Id-dokument ta’ qabel il-budget jagħmel analiżi ekonomika.  Id-dokument li kkwota minnu l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmilha ċara li l-politika tal-Gvern hi li jkun hawn titjib fil-produttività u fil-kompetittività.  B’hekk pajjiżna jattira aktar investiment, jinħoloq aktar xogħol, jiżdiedu l-impjiegi u jitjiebu kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
Il-Ministeru jinnota b’dispjacir libil-mod kif tkellem il-Kap tal-Oppozizzjoni juri ma għarafx l-argument ekonomiku li sar, ikkwota barra l-kuntest billi ħalla l-partijiet fejn jingħadd ċar li l-politika tal-Gvern hi l-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar.
Il-Ministeru jinnota li l-Kaptal-Oppożizzjoni Joseph Muscat reġa pprova jagħti impressjoni li l-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali qiesa qatt ma kienet.  Filwaqt li pajjiżi oħra kienu qed iżidu r-rati tal-income tax, jgħollu l-VAT u jnaqqsu l-benefiċċji, f’pajjiżna l-Gvern investa biex jinħoloq aktar xogħol u xogħol aħjar.
Id-deċiżjonijiet responsabbli ub’għaqal li ħa l-Gvern fissru li f’pajjiżna żdied aktar l-investiment, żdiedu l-impjiegi, żdiedet l-esportazzjoni, u naqset ir-rata ta’ qgħad.  Illum Malta għandha r-raba’ l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.  Il-Gvern investa aktar fit-turiżmu biex fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, it-turisti li ġew Malta żdiedu bi 12%.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow