L-Ispeaker Michael Frendo jattendi l-Hames Konferenza tal-Pajjizi Zghar Ewropej f'Lussemburgu
pr1890
17/10/2010
| L-Onorevoli Michael Frendo, Speaker tal-Kamra | tad-Deputati , qed jieħu sehem fil-Laqgħa tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej, li se tinżamm fil-belt kapitali tal-Lussemburgu bejn il-Ħadd 17 u t-Tlieta, 19 ta’ Ottubru 2010. Din il-Konferenza hija l-ħames waħda li qed tiġi organizzata minn wieħed mit-tmien pajjiżi msieħba fil-Grupp tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej. |
| Fil-Laqgħa mistennija jiġu diskussi tliet temi | attwali li jirrigwardaw ir-realtajiet tal-Pajjizi z-Zgħar fl-Ewropa, jiġifieri l-qagħda ekonomika, il-politika dwar l-enerġija, u l-koordinament tal-operazzjonijiet f’emerġenzi. |
| Edizzjonijiet preċedenti tal-Konferenza ġew mtella’ | minn Monaco, San Marino, Liechtenstein u minn Ċipru. |
| Huwa | mistenna li Malta tospita is-Sitt Konferenza tal-Pajjiżi Żgħar Ewropej is-sena d-dieħla, proprju fiż-żmien li fih il-Parlament Malti jkun qed ifakkar id-90 anniversarju minn meta ltaqgħet għall-ewwel darba l-Assemblea Leġislattiva Maltija taħt il-Kostituzzjoni ta’ Amery-Milner. |
| L-iSpeaker Malti Michael Frendo jinsab akkumpanjat | tul iż-żjara tiegħu fil-Lussemburgu mill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, Ms Pauline Abela u mill-Konsulent Diplomatiku fl-uffiċċju tiegħu l-Ambaxxatur Gaetan Naudi. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992