Stqarrija tal-gvern b’risposta ghal dak li qal illum l-Onorevoli Roderick Galdes
pr1889
16/10/2010
| Mhux se jigi mcahhad id-dritt | tal-appell. Il-Bord tal-Appell se jisma l-appell u jaghmel rakkomandazzjoni |
| Mhux veru li qed jigi mcahhad | id-dritt ta’ appell, kif allega d-deputat laburista Roderick Galdes fi stqarrija li hareg illum. |
| Lanqas mhu minnu li se jkun il-Prim | Ministru li jiddeciedi dwar l-appell, izda se jkun il-Bord tal-Appell tal-Izvilupp li se jisma l-appell u wara jaghmel ir-rakkomandazzjoni lill-Kabinet. |
| Mhux veru lanqas li l-Prim Ministru | kiteb lill-MEPA l-bierah. Ghal kuntrarju l-ittra ilha li ntbaghtet minn Lulju li ghadda. |
| Il-ligi ilha ghal diversi snin, | taghti dritt lill-Gvern li appell minn applikazzjoni ta’ sinifikat strategiku u ta’ zvilupp nazzjonali jigi referut lill-Kabinett wara li jkun sar process estensiv u nstema l-appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-Izvilupp. Il-Bord jisma l-partijiet li jkunu ghamlu l-appell u wara jaghmel ir-rakkomondazzjoni tieghu, li tigi referuta lill-Kabinett. Din ir-rakkomandazzjoni tkun pubblika u disponsibbli ghall-pubbliku. Il-Kabinett janalizza r-rakkomandazzjoni u jasal ghall-konkluzjoni u li wkoll tkun pubblika. |
| Hu ghajb li d-deputat laburista, li | hu impjegat tal-MEPA, li qieghed fuq il-Bord tal-MEPA u li hu l-kelliem tal-Oppozizzjoni dwar il-MEPA jaghmel interpretazzjoni hazina ta’ dak li tghid il-ligi. Id-deputat laburista wasal ghal konkluzjoni zbaljata meta qal li qed jigi “mcahhad id-dritt ta' appell xieraq”, “bla konsultazzjoni u bla ma jisma’”, ghaliex fil-fatt se jkun il-Bord li jisma l-appell u wara jaghmel ir-rakkomandazzjoni skont il-ligi. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992