Left arrow Go Back

It-18-il-edizzjoni ta’ Concerto di Natale li jixxandar fuq  RAIDUE se jsir f’Malta

pr1888
Date Icon 16/10/2010

Is-sena li għaddiet fl-Italja biss kien hemm kważi 3 miljun telespettatur jaraw il-kunċert f’lejliet il-Milied

Il-kunċertpopolari, Concerto di Natale li jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv Taljan, RAIDUE, f’lejliet il-Milied, din is-sena se jsir f’Dar il-Mediterran, fl-4 ta’ Diċembru 2010. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlmentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco li sostna li l-attivita’ tippromwovi t-talent lokali u barrani kif ukoll il-prinċipji tas-solidarjeta’ hekk kif parti mill-flus li jinġabru mill-kunċert, se jintużaw għall-proġett fil-Haiti.
Il-proġett filantropiku se jitmexxamill-organizazzjoni Salesjana, Fondazione Don Bosco.  Għal dawn l-aħħar 18-il sena, il-kunċert kien organizzat minn Prime Time Promotions, bl-għajnuna filantropika tmur għall-proġetti mmexxija mis-Soċjeta’ tas-Salesjani.
Mario deMarco irringrazzja lill-organizzaturi talli għażlu lil Malta għall-organiżazzjoni tat-18-il-edizzjoni ta’ Concerto di Natale. Hu qal li din l-attivita’ se sservi biex tirriklama lil pajjiżna b’mod partikolari fis-suq Taljan li bħalissa huwa t-tieni ‘l akbar suq ta’ turisti li jiġu lejn pajjiżna.  Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-kunċert jattira’ numru kbir ta’ telespettaturi, bl-ammont jiżdied kull sena.  Fl-Italja biss, is-sena li għaddiet, il-kunċert kellu udjenza ta’ kważi tlett miljun persuna, żieda ta’ erba’ fil-mija fuq l-ammont ta’ telespettaturi fuq is-sena ta’ qabel. Wara li jintwera fuq RAIDUE, f’lejliet il-Milied, il-kunċert jinxtara minn RAI International li imbgħad ixxandruh fuq diversi stazzjonijiet madwar id-dinja kollha.
Mario deMarco ħabbar ukoll li l-artisti lokali li se jipparteċipaw fil-kunċert huma l-Orkestra Nazzjonali Filarmonika, grupp mill-kor Voices, il-kor tat-tfal imexxi mis-soprano Gillian Zammit u s-soprano Maltija li qed tgħix u tistudja l-Italja, Maria Abela.
Is-Segretarju Parlamentari semma kantanti popolarili pparteċipaw f’edizzjonijiet passati tal-kunċert fosthom Andrea Boccelli, Riccardo Cocciante, Enya, Claudio Baglioni, Laura Pausini, Al Bano, Massimo Ranieri u Gigi d’Alessio. Hu qal li bħal l-edizzjonijiet kollha l-oħra, l-kunċert ta’ Malta se jkun imexxi mill-Maestro popolari Renato Serio. Spejga wkoll li mill-1993 sal-2005, il-kunċert kien organizzat fil-Vatikan. Fl-2006, il-kunċert sar fil-Grimaldi Forum f’Monte Carlo, fl-2007 u l-2008 sar fil-Philharmonic Theatre f’Verona u fl-2009 sar fil-Massimo Bellini Theatre f’Katanja.
Maestro Renato Serio qal li l-kunċert se joffrispettaklu ta’ mużika li varja minn mużika klassika għal rock. Hu qal ukoll li l-kunċert se jinkludi artisti popolari minn pajjiżi differenti bħal Skunk Anansie, Skin:Al Jarreau, Noa, Pino Daniele, Gigid’Alessio, Cesaria Evora, Antonella Ruggiero, Lighea, Max Gazze’, Les Pretres, id-duo Musica Nuda, Emma Marrona, Maurizio Tassani, u New York State Gospel Choir.
Ir-rappreżentanti ta’ Prime Time Promotions,fosthom, il-Kap Eżekuttiv,Stefania Scorpio stiednu lill-pubbliku Malti biex jattendi l-kunċert filwaqt li r-rappreżentant ta’ Fondazione Don Bosco, Donato Lacedonio spjega li d-donazzjoni mill-kunċert se tintuża biex isir xogħol ta’ bini fi skola fil-Haiti.
L-artistapoplari Lighea filwaqt li tat wirja mużikali waqt il-konferenza tal-aħbarijiet qalet li tinsab entużjasta li tirritorna Malta f’Diċembru biex tipparteċipa fil-kunċert. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ixxandar ukoll messaġġ mill-preżentratiċi Mara Venier li qalet li tinsab kuntenta li se tkun qed iżur pajjiżna għal-kunżert ta’ lejliet il-Milied.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow