Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1884
Date Icon 15/10/2010
B’reazzjoni għall-istqarrija tal-OnorLeo Brincat
Kif jaf l-Onor Brincat kull senal-kontijiet awditjati tal-Wasteserv jiġu ppreżentati lill-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji kif stipulat fil-Att li jirregola l-kumpaniji. Dawn l-accounts huma pubbliċi u aċċessibbli mill-istess Awtorita’.  L-accounts awdidjati tal-Wasteserv ma jitressqux fil-Parlament iżda jingħataw lil din l-Awtorita’ kif tipprovdi l-liġi.
Minkejja li dan hu kollu pubblikul-Onor Brincat jibqa’ jirrepeti l-istess ħaġa, minkejja li jingħata t-tweġibiet mitluba u minkejja li jaf li l-accounts huma aċċessibbli u pubbliċi.
Huwa ta’ għajb għall-Onor Brincat ugħall-Oppożizzjoni li flok jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ kumpaniji li jaħdmu sabiex ikun isseparat aktar skart f’pajjiżna, qiegħed jipprova jfixkel u jilgħab bil-fatti. Il-Gvern dejjem ikkonsulta mal-entitajiet kollha li joperaw u joffru dan is-servizz anki ma’ kumpaniji li kienu għaddejjin fil-proċess mal-MEPA biex jiksbu l-liċenzja tagħhom. Ta’ min jgħid li dan kien isir peress li kwalunkwe żvilupp kien se jkollu effett fuq l-operat tas-settur. Tant hu hekk illi l-entitajiet imsemmija fl-istqarrija tal-Onor Brincat mhux l-ewwel darba li ltaqgħu wkoll bejniethom biex jiddiskutu l-operat tagħhom. Dan jikkoferma kemm l-Onor Brincat bl-istqarrijiet tiegħu qed juri li qed ikun hu li ‘qed jagħti konsiderazzjonijiet xierqa lil servizzi ta’ kumpanija partikolari fl-immaniġġjar tal-iskart’.
l-arranġamenti finanzjarji bejnil-Wasteserv, il-Green Mt u l-GreenPak jinsabu fi stadju avvanzat biex jiġu konklużi u peress li l-kumpaniji jaħdmu fuq bażi kummerċjali d-dokument ikun ippubblikat ġaladarba jintlaħaq il-ftehim. Il-Gvern diġa wieġeb għal dan fil-Parlament fejn b’mod ċar intqal ; “illi l-WasteServ Malta Ltd kienet ħejjiet abbozz ta’ proposta li ġiet sottomessa liż-żewġ skemi u diskussa mar-rappreżentanti tagħhom. Il-proposta kienet ibbażata fuq il-fatt li l-WasteServ tista’ tkun service provider għall-dawn l-iskemi. It-taħditiet mal-iskemi baqgħu javvanzaw, saħansitra il-WasteServ tipprovdi servizz ta’ sorting u esportazzjoni ta’ skart riċiklat għall-Green MT u Green Pak fuq bażi kummerċjali skond il-proposta oriġinali.”
L-Oppożizzjoni qed tgħid li għandhagħal qalba l-protezzjoni tal-ambjent. Biss il-Gvern jistieden lill-Oppożizzjoni biex mill-kliem tgħaddi għall-fatti. L-Oppożizzjoni għandha tippublika l-proposti tagħha dwar l-ewwel revizjoni dwar l-istrateġija tal-iskart wara li kien twaqqaf grupp ta’esperti kif imwiegħed mill-Kap tal-Oppożizzjoni f’Jannar tas-Sena 2009. Wieħed jistenna li f’dawn il-proposti, jekk verament sar il-kumitat u għamel xi proposti, l-Oppożizzjoni turi kif qed tipproponi hi li pajjiżna jilħaq il-miri tar-riċiklaġġ.  Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu l-Oppożizzjoni baqgħet ma resqet l-ebda proposta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow