Għawdex reklamat permezz ta’ Kontejner li ser idur madwar l-Ewropa
pr1878
14/10/2010
| Kontejnerli | normalment jintuża biex iġorr merkanzija f’pajjiżi madwar il-Mediterran ser jitlaq bl-avventuri tiegħu mill-gżira ta’ Għawdex. Dan il-kontejnerser ikun qed jivvjaġġa madwar it-toroq ta’ Għawdex u madwar toroq ta’ bliet u rħula Ewropej, biex iwassal messaġġ inter-kulturali permezz ta’ lingwaġġ viżiv magħmul minn tfal li ġejjin minn tliet pajjiżi li ħadu sehem fil-proġett Port&City taħt il-programm ta’ l-Unjoni Ewropea Comenius. |
| Dan il-messaġġ twassal | permezz ta’ tpinġijiet ta’ tfal minn skejjel f’Għawdex, f’Bastia u f’La Spezia, li mbagħad ġew trasferiti għal fuq tlett iġnub tal- kontejnermill-artisti taljani Gabriele Landi u Valeria Tognoni. It-tpinġijiet jiffukaw fuq postijiet u tradizzjonijiet marbuta mal-lokalitajiet tat-tfal. F’dawk ta’ Għawdex jispikkaw fost l-oħrajn it-tieqa tad-Dwejra, il-Ġgantija, id-dgħajsa tal-latini, iċ-Ċittadella, ħitan tas-sejjiegħ, il-merill, il-bandiera Maltija u s-salib ta’ Malta, li huma mpittra fuq sfond kaħlani u mdawra b’weraq tal-bajtar tax-xewk. |
| Il-proġett ‘L-Avventuri | ta’ kontejnerkbir’ kellu oriġini fi skejjel minn La Spezia fl-Italja fl-2002 bil-għan li jippromwovi skambji inter-kulturali bejn skejjel li jinsabu f’pajjiżi fil-Mediterran. Minbarra li jagħti opportunità lill-istudenti biex isiru jafu aktar dwar territorji oħrajn, dan il-proġett għandu l-għan ukoll li jwassal messaġġi permezz ta’ lingwaġġ differenti bħalma hi l-arti, biex b’hekk jagħrfu jirriflettu fuq id-diversità bħala riżors u valur. |
| F’dawn is-snin | ipparteċipaw bosta skejjel minn pajjiżi Ewropej u ta’ kull sena ġie mniedi kontejner differenti li wassal messaġġi relatati ma’ temi magħżula. Permezz tal-parteċipazzjoni taċ-Ċentru għal Studji Ogħla Sir M. A. Refalo ta’ Għawdex, din is-sena ġew involuti tliet klassijiet mill-iskola primarja ta’ Victoria Għawdex, fejn ħafna studenti ssottomettew tpinġijiet għal dan il-proġett. |
| It-tfal kellhom | okkażjoni li jattendu għall-inawgurazzjoni ta’ dan il-kontejner li saret mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex fil-preżenza tal-kapijiet ta’ l-iskejjel u għalliema nvoluti, fosthom sebgha barranin. Preżenti wkoll kien hemm il-Prinċipal tal-Gozo College u uffiċjali mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex. |
| L-Onor. Giovanna Debono | faħħret l-inizjattiva tal-iskejjel Għawdxin li minbarra li ser tkun qed tilħaq l-objettivi tal-proġett li tagħmel parti minnu, ser isservi wkoll biex Għawdex ikun irreklamat tul il-kilometri li ser ikun qed jivjaġġa l-kontejner fil-pajjiżi kollha li ser jgħaddi minnhom. L-attività ta’ l-inawgurazzjoni ntemmet billi t-tfal skoprew sorpriża li ntbagħtet lilhom minn sħabhom fl-Italja ġol-kontejner. |
| L-avventura | tal-kontejner li ser ikun qed iwassal il-messaġġ tal-proġett Port&City ta’ din is-sena bdiet fit-28 ta’ Settembru li għadda meta l-kontejner telaq mit-terminal tal-Golf ta’ La Spezia għal Malta. Minn hemm ġie trasferit lejn Għawdex bil-għajnuna ta’ żewġ kumpaniji li joperaw fil-ġarr tal-merkanzija f’Malta u Għawdex. Wara li jdur mat-toroq ta’ Għawdex ser jibda triqtu madwar diversi portijiet u toroq f’pajjiżi Ewropej bi prodott mhux tas-soltu li jippromwovi proġett Ewropew b’kollaborazzjoni bejn Malta, l-Italja u Franza. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992