Left arrow Go Back

INAWGURATA WIRJA TA’ ARTI TA’ ARTISTI NISA GĦAWDXIN FIL-PALAZZ TA’  SAN’ANTON

pr1876
Date Icon 14/10/2010
Is-SinjuraMargaret Abela inawgurat wirja tal-arti minn artisti Għawdxin li qed tittella’ fil-Palazz ta’ San’Anton għat-tieni sena konsekuttiva bil-kollaborazzjoni taċ-Ċentru tal-Kultura f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.  It-tema li ntgħażlet din is-sena hija dik ta’ Nisa Artisti Għawdxin fejn ix-xogħol esibit varjat huwa kollu ta’ artisti nisa.
Fid-diskors tagħha s-Sinjura Abela faħħret l-impennli ħadu l-artisti sabiex jieħdu sehem f’wirja bħal din bil-għan li jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund. “Permezz tal-Malta Community Chest Fund, individwi li jkollhom bżonn kura għall-mard li jkun ħakimhom fi żmien qasir u, li l-kura għaliha tammonta għal somma  kbira ta’ flus, ikun jista’ jittaffilhom ftit mill-piż u mill-weġgħat li jkunu qegħdin jaffaċċjaw.  Permezz ta’ dan l-impenn, l-individwi nvoluti, jkunu jistgħu jħarsu b’mod pożittiv lejn il-futur tagħhom,” sostniet is-Sinjura Abela.
Waqtl-inawgurazzjoni tkellmet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono li rringrazzjat lill-President u lis-Sinjura Abela talli għoġobhom jagħtu opportunità lill-artisti Għawdxin jesibixxu fil-Palazz Presidenzjali u żiedet tgħid li t-talent Għawdxi, minkejja li ġej minn gżira ċkejkna, huwa wieħed kbir.
L-artisti li qegħdin jipparteċipaw f’dinl-esibizzjoni huma: Audette Camilleri, Maria Cassar, Rachel Galea, Rebecca Grima, Valerie Mejlak, Cynthia Saliba, Maryrose Saliba, Lina Vella u Nicolette Vella.
Ħamsa uGħoxrin fil-mija tal-qliegħ minn kull pittura jmur għall-Malta Community Chest Fund. L-esibizzjoni tibqa miftuħa kuljum sal-31 ta’ Ottubru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow