Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA IŻUR L-ISKEJJEL – ILLUM JIBDA Ż-ŻJARAT FL-ISKEJJEL TAL-KULLEĠĠ SANTA KLARA

pr1870
Date Icon 13/10/2010
“M’għandux ikun hemm limitu għat-tagħlim” – Dan qalul-President George Abela meta dalgħodu żar il-Kulleġġ Santa Klara, bħala parti miż-żjarat li qed jagħmel fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex.
Filwaqt li rringrazzja lill-istudenti u l-għalliematal-merħba sabiħa li tawh, il-President George Abela faħħar l-impenn tal-istess għalliema li jgħallmu b’tant dedikazzjoni u hekk kif ninsabu fil-bidu tas-sena skolastika awgura l-ħidma t-tajba għal sena ta’ studju u tagħlim b’suċċess.
Il-President irrefera wkoll għall-importanzatal-kontribut tal-iskejjel u l-istudenti fir-rigward tal-Istrina permezz tal-kampanja tal-Piggy Bank li għandha titnieda fil-ġranet li ġejjin, kif ukoll fil-Fun Run li se ssir fil-5 ta’ Diċembru.
Iż-żjarat kienu jinkludu: il-Primarja tal-Gżira, is-Sekondarjatas-Subien tal-Gżira, il-Primarja ta’ tas-Sliema, il-Boys Junior Lyceum tal-Gżira kif ukoll il-Primarja A u B ta’ San Ġwann.
Fil-waqt li żar dawn l-iskejjel, il-President GeorgeAbela ltaqa’ ma’ diversi tfal li ppreparaw programm ta’ attivitajiet li permezz tagħhom seta’ jara l-ħidma li ssir fl-iskejjel, it-tagħlim inklussiv u mezzi varji u kreattivi kif  jitħarrġu.
Il-President seta’ josserva d-diversi dixxiplinisportivi li jeżistu fl-iskola Sekondarja tas-Subien fil-Gżira u anke assista għall-eżerċizzji waqt brain gym miċ-ċkejknin tal-Primarja ta’ San Ġwann Primary A. Hawnhekk il-President Abela sostna l-importanza tal-isports sabiex student jikber b’mod sħiħ.
Fl-iskolaPrimarja ta’ tas-Sliema kixef lapida li tikkommemora l-mitt sena minn meta nfetħet l-iskola.
Fil-JuniorLyceum tas-Subien f’Tas-Sliema segwa lezzjoni ta’ Design and Technology.
Il-President George Abela irrispondagħall-mistoqsijiet li għamlu fl-iskola Primarja ta’ San Ġwann B fejn spikkat il-kurżita’ tal-istudenti li xtaqu jkunu jafu dwar il-ħajja tal-President fil-kariga tiegħu, anke meta kien żgħir bħalhom. Il-President Abela ma ddejjaq xejn jirrakkonta praspura li għamel f’żgħożitu.
Iż-żjara tal-lum kienet dik f’uħud mill-iskejjel lijagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Klara u din iz-zjara tkompli nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru fejn il-President George Abela akkumpanjat mill-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sinjorina Maria Ciappara, ikompli jiltaqa’ mal-istudenti ta’ skejjel oħra li jagħmlu parti mill-Kulleġġ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow