Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jattendi laqgħa tal-Commonwealth Economic Partnerships Forum  f’Londra

pr1865
Date Icon 13/10/2010
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar uArtijiet, l-Onor. Jason Azzopardi jinsab Londra għal laqgħa tal-Commonwealth Economic Partnerships Forum fi ħdan il-Commonwealth Business Council.
L-għanta’ dan il-Forum huwa li jidentifika modi kif jista’ jiġi mmassimizzat il-benefiċċju ta’ tkabbir tal-koperazzjoni ekonomika li twassal għal iżjed kummerċ u investiment bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth.
Ir-riżultati miksubaminn dan il-Forum ser jeffettwaw l-aġenda tal-Commonwealth Business Forum li jmiss, li ser isir f’Perth fl-Awstralja, f’Novembru 2011.
Dan il-Forum huwa wkollopportunita’ biex titkabbar il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth f’numru ta’ setturi prinċipali fosthom is-Servizzi Finanzjarji, l-ICT, l-Enerġija u l-Edukazzjoni.
Fuq l-aġenda tal-Forumhemm:

·        It-Tkabbir Globali permezz ta’ Sħubija Ekonomika

·        L-Aċċessibilita għas-Swieq Finanzjarji fil-Commonwealth u

·        It-Tisħiħ tal-Kummerċ fil-Commonwealth lejn Tkabbir Globali

Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm Lino Mintoff, Kap tas-Segretarjat għal Negozji Żgħar u Artijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow