Left arrow Go Back

Ħtieġa ta’ aktar Edukaturi għall-Adulti

pr1862
Date Icon 12/10/2010
Dinis-sena, numru rekord ta’ adulti applikaw sabiex jitgħallmu fil-korsijiet organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.  Minħabba din id-domanda, hemm il-ħtieġa għall-aktar edukaturi għall-adulti f’numru ta’ suġġetti.
Dawnhuma: Home Economics, Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Spanjol, Photoshop, Keep Fit/Aerobics, Mekkanik ta’ Karozza, kif ukoll Fiżika, Ingliż, Kimika u Marketing (dawn l-aħħar erba’ suġġetti f’livell avvanzat).
Fil-qasam tal-mużika, jenħtieġu aktar edukaturigħall-adulti biex jgħallmu dawn l-istrumenti: kitarra klassika u dik akwistika, double bass, perkussjoni, flawt, vjolin, klarinett, kif ukoll vuċi għall-kant klassiku u għal kant modern/pop
Dawkil-persuni li għandhom il-kwalifiki li jgħallmu dawn is-suġġetti jistgħu jibgħatu ittra, flimkien ma’ CV u kopja taċ-ċertifikati lid-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, Kamra 327 Direttorati għall-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana FRN 1810.  Kull applikant għandu jindika l-ġranet meta jista’ joffri t-tagħlim.

Ir-rata ta’ ħlas hi ta’ €11.65 is-siegħa.  L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 22 ta’ Otrtubru, 2010.  Id-Direttorat qed jirriserva d-dritt li qabel edukatur għall-adulti jiġi ngaġġat, issir intervista.  Dawn il-korsijiet kollha jsiru fil-għaxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow