L-Iskema tal-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek: SLIEMA
| Id-Dipartiment | tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċina b’xejn mingħand il-Gvern li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-medicini tad-diabete u li s’issa għadhom jiġbru l-mediċini tagħhom mill-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, li dan is-servizz ser jigi sospiż b’effett mit-30 ta’ Ottubru, 2010. |
| Għaldaqstant, | id-Dipartiment tal-POYC jappella lil dawk il-pazjenti li għad iridu jirreġistraw mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibli. |
| Id-Dipartiment tal-POYC | jixtieq jinforma lill-pazjenti li l-Formola tar-Registrazzjoni għall-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tista tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa. |
| Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha | tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopja tal-Karta tal-Identita’ u kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn. |
| Għar-Reġistrazzjoni | għandha tintuża BISS il-Formola uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC. |
| Min | għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350 |
Spiżeriji fl-Iskema tal-POYC – SLIEMA
Isem | Indirizz | Lokalita' |
Brown’s Pharmacy | Tigne Point | Sliema |
Chemimart Ltd. Pharmacy | 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri | Sliema |
Drug Store | 382, Triq Manwel Dimech, | Sliema |
Edward's Pharmacy | 115 Triq Manwel Dimech | Sliema |
Harley Pharmacy | 1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone | Sliema |
Mrabat Pharmacy | 5, Triq l-Imrabat, | Sliema |
Norman's Pharmacy | 133, High Street, | Sliema |
Rudolph Pharmacy | 133, Triq Rodolfu | Sliema |
Stella Maris Pharmacy | 34, Millner Street | Sliema |
The Economical Dispensary | 86/87, Triq Sir Adrian Dingli | Sliema |
Victor's Pharmacy | 9, Triq it-Torri, | Sliema |
Wales Pharmacy | 183, Triq Manwel Dimech | Sliema |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992