Imniedi l-Kunsill Reġjonali għaż-Żgħażagħ Għawdxin fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex
pr1857
11/10/2010
| ‘It-twaqqif ta’ Kunsill | Reġjonali għaż-żgħażagħ Għawdxin hija waħda mill-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex’. Hekk qalet il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, meta habbret it-twaqqif ta’ dan il-kunsill waqt l-attività Żgħażagħ Fest imtellgħa mill-Oratorju Don Bosco, fir-Rabat Għawdex. |
| ‘Il-viżjoni eko-Għawdex | hi bbażata fuq il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli u għalhekk tħares lejn żvilupp soċjo-ekonomiku sħiħ filwaqt li tagħti attenzjoni għall-ħarsien ta’ l-ambjent naturali u storiku, flimkien mal-karatteristiċi li jagħtu identità lil gżira ta’ Għawdex. Wara li fl-aħħar xhur ingħata bidu għal diversi inizjattivi marbuta mal-ambjent rurali u xogħlijiet infrastrutturali, issa ser jiġi ndirizzat il-qasam soċjali b’mod partikolari dak marbut maż-żgħażagħ,’ żiedet tgħid il-Ministru Debono. |
| Il-Kunsill Reġjonali | Żgħażagħ Għawdxin ser ikun iffurmat minn żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u t-30 sena. Huwa mmirat li jinkorpora rappreżentanti ta’ għaqdiet li jaħdmu fost iż-żgħażagħ Għawdxin f’diversi setturi kemm dawk sportivi, reliġjużi, filantropiċi u għaqdiet oħra li mhumiex governattivi. |
| L-għanijiet prinċipali | għat-twaqqif ta’ dan il-kunsill jinkludu dawk li jagħti spazju għal rappreżentanza aktar effettiva taż-żgħażagħ Għawdxin billi jirrikonoxxi l-ħidma rispettiva tal-għaqdiet membri filwaqt li jippromwovi aktar koordinazzjoni u koperazzjoni b’risq iż-żgħażagħ Għawdxin. Fl-istess waqt ser ikun qed jinħoloq forum rikonoxxut li permezz tiegħu ż-żgħażagħ ser ikunu jistgħu jwasslu l-vuċi tagħhom filwaqt li jsaħħu l-involviment tagħhom b’riżq żgħażagħ oħra bħalhom. |
| Din l-attività kienet | tagħmel parti mill-programm imħejji għal Żgħażagħ Fest, fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-sena soċjali u pastorali. Ġew promossi l-ħiliet u l-abiltajiet taż-żgħażagħ b’attivitajiet li raw parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ żgħażagħ minn madwar Għawdex kollu, fosthom wirja ta’ arti u fotografija li qiegħda tittella’ fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex; u li kienet ukoll inawgurata mill-Onor. Giovanna Debono. |
| Twaqqfet tinda qrib l-Oratorju | Don Bosco fi Pjazza Santu Wistin fejn ġew organizzati attivitajiet matul il-jum u fis-serati matul tmiem il-ġimgħa. Kien hemm stands b’informazzjoni dwar eko-Għawdex kif ukoll oħra mwaqqfa mill-Istitut għall-Istudji turistiċi f’Għawdex. Attivitajiet oħra kienu jinkludi serati ta’ kant u mużika, seminar, esperjenzi ta’ volontarjat f’diversi istituzzjonijiet f’Għawdex, kampanja ta’ donazzjoni tad-demm, talb u riflessjonijiet, logħob u attivitajiet sportivi oħra. |
| Dan il-programm nieda | wkoll l-attivitajiet bi preparazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011 waqt quddiesa ċċelebrata mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992