Imwaqqfa l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex
pr1854
11/10/2010
| Bħala parti mill-attivitajiet | organizzati mill-Ministeru għal Għawdex biex ifakkar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, ġiet uffiċċjalment imwaqqfa l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex. Dan huwa pass ieħor importanti għal-qasam tas-saħħa f’Għawdex li nagħqad mal-bqija tad-dinja f’impenn li għandu l-għan li jkattar l-għarfien u l-għajnuna lil min isofri min-nuqqas ta’ saħħa mentali. |
| Aktar kmieni din is-sena | kien ingħata bidu għal kampanja biex jiżdied l-għarfien dwar dan is-suġġett permezz ta’ seminar li ġie organizzat mill-Ministeru għal Għawdex bħala parti mill-programm ta’ azzjoni fir-rigward tal-viżjoni eko-Għawdex. |
| Fi tmiem il-ġimgħa ġie | organizzat programm ta’ attivitajiet li ndirizza b’mod speċjali l-fattur ta’ esklużjoni soċjali minħabba nuqqas ta’ għarfien dwar dan il-qasam. L-Onor. Giovanna Debono nediet programm ta’ prevenzjoni ndirizzat lejn tfal li jattendu l-aħħar tliet klassijiet fl-iskejjel primarji fi ħdan il-Gozo College, kif ukoll fi skejjel tal-knisja f’Għawdex. Waqt żjara li għamlet fl-iskola primarja tar-Rabat spjegat kif professjonisti mill-Ministeru għal Għawdex ser ikunu qed iwasslu tagħrif bl-għajnuna ta’ materjal stampat mill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali. |
| It-tħabbir tat-twaqqif | uffiċjali ta’ l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex sar waqt attività organizzata fic-ċinema fejn intwera l-film ‘A Beautiful Mind’ li serva bħala spunt għad-diskussjoni li segwiet mill-udjenza numeruża li attendiet għal din is-serata. |
| Hekk kif ħabbret it-twaqqif | ta’ l-assoċjazzjoni ġdida, il-Ministru Debono qalet li din hija inizjattiva ħajja li ser tkun qed tagħti kontribut kontinwu kemm lil pazjenti kif ukoll lil dawk li jgħixu magħhom fil-gżira ta’ Għawdex. Hija spjegat ukoll kif l-attivitajiet li ġew organizzati f’Għawdex huma azzjoni konkreta bħala kontribut għal ħidma biex jiżdied l-għarfien dwar dan il-qasam tas-saħħa anke fuq livell reġjonali. |
| Hija saħqet li l-Ministeru | għal Għawdex huwa mpenjat biex isaħħaħ dejjem aktar is-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex u dan jinkludi wkoll servizzi għal dawk li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali. |
| ‘Dan jikseb relevanza | partikolari meta wieħed iqis li din is-sena l-Kummissjoni Ewropea stiednet lil pajjiżi membri biex jaħdmu b’mod partikolari kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, fattur li żgur huwa relatat ma’ min ibati b’nuqqas ta’ saħħa mentali’, temmet tgħid il-Ministru Debono. |
| L-attivitajiet komplew | fi tmiem il-Ġimgħa permezz ta’ programm ta’ ‘outreach’ li matulhu tqassam materjal li jippromwovi l-bżonn li wieħed jieħu ħsieb saħħtu, anke dik mentali, f’postijiet prominenti li kienu jinkludu pjazez u ċentri kummerċjali fil-belt Victoria. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992