Diskors mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, waqt it-tnedija tat-tieni volum tal-Ktieb tas-Sinjali
pr1837
08/10/2010
| Il-komunikazzjoni hija | parti importanti fil-ħajja tal-bniedem, għaliex il-bniedem sabiex ikun parti mill-komunita’ għandu bżonn jikkomunika man-nies fl-istess komunita’. Għalhekk, anke minħabba l-fatt li jien ġej mill-kamp tal-komunikazzjoni huwa ta’ pjacir tiegħi li llum qed inniedi t-tieni volum tal-ktieb tas-sinjali. |
| Ktieb li l–għan tiegħu | hu li jiffaċilita’ l-komunikkazzjoni ta’ persuni b’diżabilita’ bejniethom u kif ukoll ma’ persuni oħra. |
| Dan il-ktieb ma jfissirx | biss għodda ġdida li se jgawdu minnha persuni b’dizabilita’ iżda juri biċ-ċar l-impenn tal-Gvern biex jagħmel soċjeta’ aktar inklussiva u fl-istess ħin tnaqqas id-diskriminazzjoni. Jien niftakar meta s-sena l-oħra l-KNPD nidiet il-kampanja ‘Aċċess għall-Kulħadd, suċċess għall-Kulħadd’ ma kienetx biss qed tirreferi għall-aċċess f’termini ta’ bini iżda wkoll aċċess soċjali. |
| Ta’ min jinnota’ li | bħalissa l-KNPD għandha aktar minn 10,000 persuna reġistrata magħha u l-maġġoranza ta’ dawn il-persuni jużaw is-servizzi mogħtija mill-istess Kummissjoni. |
| Dan il-proġett li | qed inniedi llum jġib l-isem ta’ ‘Persuni Differenti, Bżonnijiet Differenti, Soċjeta’ Waħda’. |
| Dan | it-tip ta’ proġett li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea jagħti l-opportunita’ lill-Gvern permezz tal-KNPD sabiex ikun jista’ jsostni l-impenn tiegħu fit-titjib tal-kwalita’ tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilita’ f’pajjiżna. |
| It-tieni | volum tal-ktieb tas-sinjali, flimkien mal-ewwel volum li ġie ppubblikat fis-sena 2006, jiġbor fih numru kbir ta’ sinjali magħmulin biex persuni b’nuqqas ta’ smiegħ ikunu jistgħu jagħmlu użu mis-sinjali sabiex jikkomunikaw. Dawn is-sinjali jintużaw ukoll għall-komunikazzjoni ma’ persuni b’nuqqas intelletwali jew persuni li għandhom diffikultajiet kumplessi ta’ komunikazzjoni, liema sistema hija magħrufa bħala key-word signing. |
| Bħal | fil-każ tal-ewwel volum, dan it-tieni volum jinkludi wkoll CD li jikkumplimenta s-sinjali li jidhru fil-ktieb. Dan sar sabiex min ikun qiegħed jaqra l-ktieb mhux biss ikollu stampa li tispjegalu kif jagħmel is-sinjal imma jkun jista’ wkoll jara persuna tesegwi s-sinjal permezz ta videoclip fuq is-CD. |
| Jiena nawgura li kif | mistenni dan il-ktieb iservi ta’ għodda utli għall-persuni b’diżabilita’ u nieħu l-opportunita’ biex nirringrzzja lil kull min kien involut fil-ħidma ta’ din l-inizjattiva. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992