Parteċipazzjoni ta’ Membri Parlamentari fil-laqgħa tal-Assemblea tal-Unjoni Inter-Parlamentari Ewropea
pr1819
06/10/2010
| L-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. Philip Mifsud, flimkien mal-Onor. Joe Mizzi għan-naħa tal-Oppożizzjoni, qed jirrappreżentaw lill-Parlament Malti għall-123 Assemblea tal-Unjoni Inter-Parlamentari. Din l-Assemblea hi mifruxa fuq tlett ijiem, bejn l-4 u s-6 ta’ Ottubru, u qegħda ssir fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ginevra fl-Iżvizzera. |
| F’din | l-Assemblea qed jattendu rappreżentanti parlamentari minn 153 pajjiż minn kull kontinent madwar id-dinja. |
| Fost | is-suġġetti importanti li qed jiġu diskussi hemm il-problemi relatati ma’ diżastri naturali li minn żmien għal żmien jolqtu pajjiżi differenti fid-dinja. Dan is-suġġett ġie diskuss b’urġenza u l-għargħar li laqat il-Pakistan dan l-aħħar ittieħed bħala eżempju. |
| Il-membri tal-Unjoni Inter-Parlamentari enfasizzaw | il-bżonn ta’ aktar solidarjetà bejn il-pajjiżi f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Suġġetti oħra li qed jiġu diskussi jinkludu l-immigrazzjoniu l-iżvilupp, fejn ġiet diskussa wkoll il-problema tal-immigrazzjonirregolari u l-problemi li din iġġib magħha fuq pajjiżi bħal ma huma dawk tan-naħa t’isfel tal-Ewropa. |
| Suġġett | importanti ieħor li qed jiġi diskuss waqt din il-123 Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Inter-Parlamentari jittratta l-finanzjament tal-partiti, it-trasparenza u l-akkontabiltà. L-immaniġjar ta’ riżorsi naturali flimkien mat-tibdil demografiku u l-produzzjoni agrikola madwar id-dinja huma wkoll fost is-suġġetti diskussi. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992