Il-President u s-Sinjura Abela fi zjara ufficjali fl-Isla
pr1803
03/10/2010
| “Din il-belt iffaccat | l-assedju l-kbir u wkoll rrnexxielha ma tigix mirbuha fil-gwerra u f’dawk iz-zmenijiet kienet it-tieni l-iktar belt importanti. L-Isla haddnet pozizzjoni strategika fid-difiza ta’ Malta. Fil-fatt dal-forti jfakkarni f’Cipru, ghadni kif kont mistieden ghac-celebrazzjonijiet tal-50 sena minn meta Cipru kiseb l-Indipendenza, l-unika pajjiz fl-Unjoni Ewropea li ghadu maqsum, Cipriotti Torok u Cipriotti Griegi. Parti minn Cipru ghadha f’idejn it-Torok, parti ohra b’bazi Ingliza u parti zghira li tippartjeni lic-Cipriotti. Hajt li jifred lil istess poplu. Ahna niccelebraw it-tluq tal-bazi Ingliza u rrnexxielna nkunu poplu wiehed u mhux poplu maqsum. Meta tara l-haddiehor tapprezza iktar din il-gawhra li ghandna. Ghandna piki fejn jidhlu festi, politika jew futbol imma ahna poplu wiehed u rriedu nahdmu sabiex nibqghu poplu wiehed . Hafna hakkiema ghaddew minn hawn imma l-identita’ taghna dejjem zammejniha u dejjem urejna li ahna poplu maghqud.” |
| Dan qalu il-President | George Abela waqt iz-zjara ufficjali li ghamel mas-Sinjura Abela gewwa l-Isla. Fil-bidu tal-gimgha ltaqa’ mal-ghaqdiet u assocjazzjonijiet u tkellem maghhom dwar il-hidma li jaghmlu gewwa l-Isla. Iz-zjara tallum bdiet b’quddiesa fejn wara l-President u s-Sinjura Abela kellhom ic-cans jiltaghqu mal-parruccani tal-Isla fuq iz-zuntier. Wara is-Sinjura Abela iltghaqet mal-grupp Gwardjola li jiehdu hsieb persuni bi bzonnijiet specjali. Il-President Abela iltaqa’ mal-membri tas-Socjeta’ Filarmonika La Vincitrice u l-President Dr. Vincent Zammit ghamel kelmtejn tal-okkazjoni. |
| Il-President flimkien | mas-Sinjura Abela ghamlu zjara wkoll lid-Dar tal-Anzjani Sant’ Anna u z-zjara giet fi tmiemha fil-gnien tal-gardjola f’nofs il-port il-kbir fejn setghu jammiraw il-veduta mill-isbah. Grupp Senglean ghamel wirja ta’ xoghlijiet bl-idejn u n-nursery tal-futbol ghamlu esebizzjoni b’xi ezercizzji fizici. |
| Is-Sindku s-Sur Joseph | Casha, irringrazzja lill-President u s-Sinjura Abela talli zaru din il-belt tal-Isla, belt bi storja kbira, u esprima l-apprezzament tieghu lejn il-President Abela ghall-hidma kontinwa tieghu, anki permezz tal-inizjattiva b’ attivitajiet differenti sabiex b’hekk jghaqqad iktar lill-poplu. |
| Il-President Abela | rringrazzja lis-Sindku u lill Kunsilliera kollha tal-mod li bih organizzaw iz-zjara u wkoll wera apprezzament lejn il-hidma kontinwa mill-membri kollha tal-ghaqdiet. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992