Left arrow Go Back

JIBDA B'SUCCESS IS-SUQ TAL-BDIEWA

pr1801
Date Icon 02/10/2010
Dalgħodul-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud żaru l-ewwel suq tal-bdiewa organizzat mill-Ministeru. Mijiet ta’ familji telgħu Ta’ Qali sabiex igawdu mill-offerti vantaġġjużi u minn prodotti agrikoli friski li l-bdiewa u r-raħħala preżenti offrew lill-konsumaturi. Din l-esperjenza qed twassal ukoll biex il-bidwi jattrezza ruħu u jifhem dejjem aħjar l-għażliet tal-konsumaturi.
Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil parteċipantikif ukoll lil dawk kollha li japprezzaw ix-xogħol tal-bdiewa u r-raħħala u li dalgħodu għoġobhom jixtru l-prodotti lokali. Il-Ministru Pullicino enfasizza li l-prodott agrikolu lokali hu frsik, ġenwin, ta’ kwalita u jasal fid-djar tagħna mill-għalqa tal-bidwi fi ftit ħin.
Danis-suq mill-bdiewa f’Ta Qali se jibda jitella’ kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u l-5pm u kull nhar ta’ tlieta bejn l-4pm u s-7pm. Il-konsumaturi qed ikollom għażla ta’ prodotti friski lokali varjata. F’dan is-suq wieħed isib ukoll varjazzjoni ta’ tiġieġ u majjal lokali u prodotti tipiċi maltin bħal bigilla, tadam imqadded, ġbejniet u tant aktar direttament mingħand il-bdiewa u r-raħħala tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow