DISKORS MILL-PM, L-ONOR LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-GĦOTI TAL-MALTA GOVERNMENT SCHOLARSHIPS’ SCHEME – POSTGRADUATE SCHEME U L-ISCHOLARSHIPS TAĦT L-ISKEMA STEPS, FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA – IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ OTTUBRU
pr1798
01/10/2010
Mistednin Distinti,
Studenti,
Ġenituri,
Sinjuri,
| Huwa | dejjem ta’ sodisfazzjon għalija bħala Prim Ministru li nkun preżenti għal din iċ-ċerimonja. Dan sar appuntament annwali li nkun ħerqan għalih għax l-għoti tal-ischolarships u dan l-investiment fil-futur tagħkom jixhed is-sbuħija tal-politika u jikkonferma li l-politika hi għodda b’saħħitha biex nagħmlu differenza fil-ħajja tal-poplu Malti. Hija wkoll ċerimonja li tiġbor fi ħdanha numru ta’ emozzjonijiet differenti. |
| Studenti | mimlijin enerġija biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Ġenituri kburin bit-tfal tagħhom. U aħna l-politiċi determinati li nkomplu ninvestu fikom u fil-pajjiż. |
| Dan | tal-lejla hu avveniment importanti. Hi ċelebrazzjoni tal-akbar investiment li jista’ jagħmel gvern u pajjiż. Qegħdin illum niċċelebraw investiment ieħor fl-edukazzjoni, fil-poplu u fl-individwu. Bit-tkomplija u l-estensjoni tal-ischolarships, il-Gvern qiegħed jinvesti fil-futur ta’ pajjiżna. |
| Wasalna | fejn qegħdin illum - pajjiż żgħir żviluppat u fost l-aktar kompetittivi fid-dinja - għax investejna fil-poplu tagħna. L-edukazzjoni kienet il-prijorità assoluta għalina u ġabet magħha rivoluzzjoni siekta. |
| Twaqqfu | industriji f’pajjiżna li sa ftit snin ilu lanqas konna nimmaġinaw li jiġu Malta. Il-produzzjoni u r-riċerka fil-farmaċewtika, il-manutenzjoni tal-ajruplani, kumpaniji internazzjonali tal-informatika u manifattura ta’ valur miżjud għoli fost l-oħrajn. |
| Dan | kollu kien possibbli għax pajjiżna dejjem għaraf l-importanza tar-riżorsa umana. |
Fl-edukazzjoni sibna l-milja tagħna.
| Investejna għax emminna u nemmnu fil-potenzjal | tal-poplu Malti. Potenzjal li intom hawn miġbura, kif ukoll dawk kollha li ħadu scholarships minn meta twaqqfu fl-2006, tixduh. |
| Potenzjal li komplew jikkonfermawh it-tliet studenti | li tkellmu qabli kif ukoll dawk li pparteċipaw fl-ewwel ċerimonja li saret it-Tlieta u fir-reseach symposium li ġie organizzat l-Erbgħa. Kull student li tkellem u ppreżenta r-riċerka tiegħu, kull student li ħa scholarship, intom mil-lum qed tfasslu l-futur ta’ pajjiżna. |
| Intom | kollha tippersonifikaw l-investiment li qed isir ġewwa Malta. |
| L-investiment f’pajjiżna imur lil hinn minn ammont | finanzjarju. Ħafna drabi niffukaw wisq fuq il-miljuni u ċ-ċifri mingħajr ma nagħtu l-importanza lir-ruħ tal-investiment. Kull investiment għandu l-bażi u l-iskop tiegħu fin-nies. L-investiment joħloq ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna kif ukoll jistimula r-riċerka biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna. |
| Eżempju | konkret huwa l-life science’s park li se jkun qed isir mill-Gvern b’investiment ta’ €20 miljun. Però illejla bid-diskorsi kemm ta’ Gianluca, Robert u Owen nistgħu nifhmu li dan l-investiment se jmur lil hinn minn dawn l-€20 miljun. Se jkun qed joffri spazju għal żgħażagħ bħalkom li jkomplu jaħdmu fil-qasam tar-riċerka medika u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. B’dan il-mod l-investiment f’kull wieħed u waħda minnkom se jkun qed jissarraf permezz tal-kontribut tagħkom lis-soċjetà u l-ekonomija in ġenerali. |
| Dan hu | x’ifisser investiment - opportunità biex il-poplu jilħaq il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet kollha tiegħu f’oqsma differenti. |
| Biex | pajjiżna jkompli jattira lejh investiment ta’ valur miżjud għoli u li joħloq ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna rridu nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni. |
| Il-Gvern | qiegħed jinvesti f’kull livell tal-edukazzjoni. Minn skejjel ġodda fil-primarja u s-sekondarja għall-investiment fl-apparat u fl-għalliema fl-iskejjel tagħna. Investiment li qed jiġi sostnut ukoll fl-Università u l-MCAST bl-għajnuna anki ta’ fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Hekk biss nistgħu nkomplu nsostnu l-iżvilupp ta’ pajjiżna fil-futur. |
| L-iskema | tal-ischolarships, li din is-sena mill-2006 sa issa ngħataw kważi 1,100 scholarship hija biss ħolqa waħda f’katina ta’ inizjattivi. Ma rridux nilludu ruħna li dan biżżejjed. Kif qal tajjeb ir-rettur, irridu nkomplu nirsistu biex din ir-riċerka li qed ninvestu fiha tkompli tkun ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ pajjiżna. |
| Għal dan | il-għan il-Gvern qed ikompli jestendi l-iskema tal-ischolarships. Pass strateġiku li ħadna kien li offrejna wkoll scholarships għal min irid jagħmel dottorat permezz ta’ distance learning. Ir-riżultat rajnieh. Erbatax-il mara qed jibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena. |
Sinjuri,
| Intom | il-protagonisti tal-viżjoni tagħna. Intom qed tagħtu ħajja lill-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern. Intom qed timplimentaw il-politika tal-Gvern. |
| Din | tal-lejla hi ċelebrazzjoni tagħkom u tal-familji tagħkom hawn miġbura. Hija wkoll ċelebrazzjoni tas-sistema edukattiva Maltija kollha. Qegħdin hawn grazzi għall-pedament li bnejtu matul is-snin frott l-investiment u l-għalliema professjonali tagħna. Għalhekk f’isem il-Gvern u l-poplu Malti nixtieq nirringrazzja lill-għalliema kollha li tul dawn is-snin b’tant dedikazzjoni u imħabba kellhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-poplu Malti u tal-pajjiż. |
| Żvilupp | li jrid ikompli u jrid jiġi sostnut. Il-preżenza tagħkom illejla timla’ lili u lill-Gvern b’kuraġġ fil-ħidma tagħna għall-ġid tal-poplu u ta’ pajjiżna. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992