Messaġġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-onor. Mario Galea, fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat għall-Anzjani - 1 ta’ Ottubru 2010
pr1778
30/09/2010
| L-Anzjani huma katina li | torbot ġenerazzjoni mal-oħra. Kull ġenerazzjoni sawret lill-pajjizna, bnietu, għamlitu dak li hu llum. Tul il-milja ta’ żmien pajjiżna għaddha minn gwerer u invazjonijiet, għal Stat Indipendenti, Repubblika u fl-aħħar sab id-destinazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea. |
| L-Anzjani huma kotba | ħajja li kapaċi jirrakkontaw l-istorja tal-bieraħ u jinsġuha f’realta’ tal-lum. Kieku ma kienux l-anzjani, la għandna identita’, kultura, reliġjon u wisq anqas tradizzjonijiet. |
| Grazzi għat-titjib fix-xjenza | u kura, l-life expectancy f’Malta hija fost l-aħjar fl-Ewropa. Illum m’għadiex sorpriża li tiltaqa’ ma’ anzjani li għalqu l-mitt sena u saħansitra fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemm min għandu mija u ħames snin. Dan kollu huwa dovut għat-tobba, infermiera u professjonisti oħra bravi Maltin. |
| L-Anzjani tagħna huma | fost l-akbar teżor li għandu pajjiżna u kull wieħed/waħda minna għandu dmir jgħozz anżjani qraba tiegħu, jirrispetahom u jikkurhom kif jista’. Qatt u b’xejn ma nistghu nħallsu d-dejn kbir li għadna mal-anzjani tagħna. |
| Għalhekk, f’dan il-jum | internazzjonali ddedikat lill-anzjani, insellem u nirringrazzja lill-anzjani Maltin u Għawdxin, u lill-dawk li ta’ kuljum jipprovdulhom kura u servizzi differenti b’dedikazzjoni, impenn u rispett. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992