Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1777
Date Icon 30/09/2010
Rikonoxximent mill-Awditur Ġeneralital-progress sinifikanti li twettaq fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jirreferi għar-rapport ippublikat il-bierah fil-ghaxija mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ‘Implementing producer responsibility for packaging waste in Malta’.
Ir-rapport tal-Awditur Ġeneralijirrikonoxxi l-progress sinifikanti li sar fl-aħħar snin fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart f’Malta.  Dan sar wara investiment massiċċ tal-Gvern fl-infrastruttura neċessarja kif ukoll wara li ttieħdu passi kuraġġużi mill-Gvern, bħalma kienet l-introduzzjoni tal-eko kontribuzzjoni li inċentivat l-irkupru tal-materjal tal-ippakkeġġjar.
Kif indikat mill-Awditur innifsu,hemm passi oħrajn li għad iridu jittieħdu, jew li jitkomplew, biex il-pubbliku jigu inċentivati jissepara l-iskart, bħalma huma t-tneħħija tas-sussidju fuq l-iskart li jintrema fil-landfill u li l-produtturi iħallsu l-prezz reali għat-trattament tal-iskart li jiġġeneraw huma permezz tal-prodotti tagħhom.   Dan diġa’ beda jsir fix-xhur li għaddew meta l-prezz għar-rimi fil-landfill tela’ minn €0.77 għal €20 u b’hekk żdiedet l-inċentiva biex kull Kunsill Lokali iħeġġeġ is-separazzjoni tal-iskart.
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jaqbel mal-konklużjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u huwa għalhekk li għadu għaddej l-investiment, minn fondi Ewropej u tal-Gvern Malti, biex pajjiżna jkompli jkollu l-faċilitajiet neċessarji.  Kif jindika l-Awditur fir-rapport tiegħu, huwa importanti wkoll li pajjiżna jkompli jlesti l-faċilitajiet tiegħu fil-ħin.  Dan isir biss jekk ikun hemm apprezzament li dawn il-faċilitajiet qed isiru fl-aħjar interess tal-poplu u tal-pajjiż.  Sfortunatament fil-passat saru kampanji partiġġjani li tawlu l-proċess biex pajjiżna jkollu l-faċilitajiet meħtieġa, jew saħansitra saru tentattivi biex dawn il-faċilitajiet ma jsirux.
Kif jindika r-rapport tal-AwditurĠenerali, r-responsabbilta’ tal-irkupru ta’ dan l-iskart huwa f’idejn il-produtturi u għalhekk għandu jkun hemm ir-rieda biex dan l-obbligu jiġi rispettat.  Il-Gvern se jkompli jkun dispost li jiffaċilita’ r-relazzjoni tal-produtturi mal-iskemi awtorizzati li twaqqfu għal dan il-għan. Il-Gvern jirrikonoxxi wkoll li pajjiżna huwa marbut ma’ miri u li għad jonqos x’isir biex dawn jintlaħqu.  Kif huwa rikonoxxut fir-rapport, sal-lum ġew stabbiliti s-sisien u daħlu fis-seħħ is-sistemi neċessarji, sabiex dawn il-miri jintlaħqu mingħajr dewmien.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow