Left arrow Go Back

TKATTIR TA’ POSTIJIET TAX-XOGĦOL FIL-QASAM TAS-SERVIZZ FINANZJARJU

pr1772
Date Icon 29/09/2010
Is-settur tas-servizzi finanzjarji mistenni jkomplijespandi fis-snin li ġejjin u skont studju ppubblikat mill-kumpanija Angelou Economics, mistenni joħloq mal-1,600 post tax-xogħol fil-ħames snin li ġejjin. Għalhekk, aktar studenti għandhom ifittxu li jsiru jafu aktar dwar x’oppurtunitajiet joffri dan is-settur f’oqsma differenti bħall-investimenti, l-assigurazzjoni u l-banek.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u InvestimentTonio Fenech qal dan waqt żjara għand il-kumpanija Rizzo, Farrugia and Co. Huwa spjega kif illum, aktar minn 7,000 persuna jaħdmu f’xi kumpanija li b’mod jew ieħor hija marbuta mas-settur finanzjarju. Huwa qal li Rizzo, Farrugia and Co. huwa eżempju tas-suċċess f’dan il-qasam hekk kif dan in-negozju tal-familja llum jinsab fit-tielet ġenerazzjoni tiegħu u kompla jżid fin-numru ta’ impjegati miegħu.
TonioFenech qal li t-tkabbir ta’ dan is-settur huwa frott l-investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ li qed iwassal biex pajjiżna jkollu riżorsi umani tal-aqwa kwalità. Fatturi importanti oħra jinkludu sistema regolatorja b’saħħitha, livell b’saħħtu ta’ innovazzjoni kif ukoll il-ħidma kontinwa anke permezz ta’ Finance Malta biex nattiraw aktar investiment f’dan il-qasam lejn pajjiżna. Filfatt, fl-aћћar kwart tas-sena, Malta se tkun rappreżentanta f’20 avveniment internazzjonali intenzjonat li joћloq aktar opportunitajiet f’dan is-settur (fosthom f’Londra, Brussell u fil-Lussemburgu.)
Il-Ministru fakkar kif Malta rnexxilha tibqa’tkabbar is-settur tas-servizzi finanzjarji anke f’perjodu meta dan l-istess settur għadda minn kriżi kbira madwar id-dinja. Huwa qal li l-Maltin ukoll qed juru l-fiduċja tagħhom fil-prodotti finanzjarji ta’ pajjiżna. Filfatt, meta wieħed iħares lejn l-istocks tal-Gvern u bonds privati, din is-sena nbiegħ valur qrib ta’ €1bn sal-bidu ta’ Settembru, jew €163m aktar mis-sena l-oħra kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow