Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA, FIR-RESEARCH SYMPOSIUM - ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA – L-ERBGĦA, 29 TA’ SETTEMBRU 2010

pr1770
Date Icon 29/09/2010
Matuldawn l-aħħar ħames snin daħħalna tliet skemi ta’ scholarships li permezz tagħhom sa tmiem din is-sena se nkunu qassamna aktar minn 1080 scholarship b’nefqa ta’ kważi €12 miljun.
Jekknieħdu biss l-iskemi ta’ Scholarships Post Graduate nsibu li taħt il-Malta Government Scholarships Scheme bejn l-2006 u din is-sena se nkunu tajna 219 il-Borża ta’ Studju – 98 minnhom għal Dottorat u 121 għal Masters.
Taħtl-iskema ta’ STEPS  bejn Jannar 2009 u issa se nkunu qassamna total ta’ 426 scholarship, 84 minnhom għal Dottorat u 342 għal Masters.
Tajnawkoll 500 scholarship fl-iskema Under Graduate tal-MGSS.
Interessanti li wieħed jinnota li fiż-żewg skemiPost Graduate, il-maġġoranza ta’ studenti li rebħu l-Boroż ta’ Studju huma nisa filwaqt li fl-Under Graduate il-maġġoranza huma rġiel.
Is-suġġetti li fihom l-istudenti tagħna għażlu lijkomplu jistudjaw huma varji u ta’ interess kbir għal pajjiżna filwaqt li hemm numru li l-interess tagħhom imur anke ‘l hinn minn xtutna u huma ta’ interess ġenerali – fosthom studji fil-qasam tal-mediċina.
L-istudenti li kienu fost l-ewwel li bbenefikaw minndawn l-iskemi ta’ Scholarships issa spiċċaw jew waslu biex itemmu l-istudji tagħhom.  Permezz ta’ dawn l-istudenti l-pajjiż se jkabbar il-ħażna tal-għerf tiegħu u naturalment irridu nħarsu ‘l quddiem biex l-investiment kbir li l-Gvern qed jagħmel b’dawn l-iskemi, il-pajjiż jibda jgawdi minnhom.
Għalhekk, il-KummissjoniNazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla se tagħmel studju biex tara kif nistgħu nsarrfu dan l-investiment u f’liema oqsma jistgħu jikkontribwixxu dawk li bbenefikaw minn dawn l-iskemi ta’ scholarships.
Fid-Dokument ta’ Qabel il-Budget, il-Gvern qed juril-impenn tiegħu li jmur ‘l hinn minn dak li wettaqna s’issa.  Konxju li l-iskema STEPS li hi finanzjata minn fondi tal-Unjoni Ewropea, trid tieqaf sal-2013 u allura bażikament din is-sena hi l-aħħar sena li jistgħu jsiru sejħiet taħt din l-iskema, il-Gvern qed jindika li jsir aktar investiment permezz tal-Malta Government Scholarships Scheme.
Barraminn dan il-Gvern qed jgħid ukoll li la issa kabbarna l-bażi tal-persuni Maltin li għandhom dottorat, l-opportunita’ ta’ riċerka għandha tkompli titwessa u allura rridu nħarsu lejn il-possibbilta’ li issa nintroduċu skema li toffri l-possibbilta’ li wieħed ikompli jistudja anke wara li jikseb id-Dottorat – il Post Doctoral.
Għalskema bħal din irid ikollna miri ċari ħafna.  Irridu nidentifikaw numru ta’ oqsma li huma ta’ prijorita’ għal pajjiżna biex min diġa’ għandu d-Dottorat u jrid ikompli bir-riċerka tiegħu f’dawn l-oqsma li huma importanti għall-pajjiż, ngħinuh ikompli jkabbar il-kompetenza tiegħu biex ikompli r-riċerka u l-pajjiż jibbenefika mir-riżultati ta’ din ir-riċerka.
Hupjaċir tiegħi dal-għodu li nilqa’ fostna lil Dr. Martin Lange, Policy Officer fid-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea.

Dr. Lange ġie Malta biex ikollulaqgħat ma’ uffiċjali tal-Gvern biex nesploraw il-possibiltajiet  li nisfruttaw fondi oħra mill-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta’ riċerka.  Fil-fatt il-lum stess se ssir laqgħa bejn id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li hu responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iScholarships, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Universita’ ta’ Malta flimkien ma’ Dr. Lange biex naraw nistgħux napplikaw għal dawk li huma magħrufa bħala il Marie Curie Actions COFUNDS.
L-iskematal-COFUND għandha l-iskop li żżid il-mobilita’ madwar l-Ewropa għal riċerkaturi ta’ esperjenza bl-involviment tas-settur privat.  Dawn il-fondi ma jitqassmux lill-pajjiżi skont xi kwota iżda skont kemm il-programmi ta’ riċerka li jippreżentaw ikunu kompetittivi.  Permezz ta’ dawn il-fondi, jekk nippreżentaw proġetti ta’ riċerka li jkunu kompettitivi nistgħu nakkwistaw sa €10 miljun fuq perjodu ta’ bejn tnejn u ħames snin.
Jieninħossni kunfidenti, li bil-proġetti ta’ riċerka li rajna s’issa, nistgħu nippreżentaw proposta li tkun kompetittiva biżżejjed biex niksbu wkoll minn dawn il-fondi.
Kifqegħdin taraw, il-Gvern mhux nieqes mir-rieda u l-volonta’ li nkomplu nkabbru dawn il-qasam tar-riċerka permezz tal-Boroż ta’ Studju.  Dawn huma opportunitajiet kbar li l-pajjiż qed joffri u għalhekk inħeġġeġ aktar Maltin biex jisfruttaw dawn l-opportunitajiet.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow