IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA Ż-ŻJARA UFFIĊJALI FL-ISLA
pr1764
29/09/2010
| “Ix-xogħol volontarju fil-lokal jwassal ghal | formazzjoni tal-karattri fid-diversi oqsma: formazzjoni sportiva, edukattiva, mużikali u spiritwali fost l-oħrajn.” |
| Dan qalu | l-President George Abela l-bieraħ waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fl-Isla hekk kif ta bidu għaż-żjara uffiċjali f’din il-lokalita’, li ddeskriviha bħala waħda bi storja kbira, storja li għamluha n-nies tagħha stess. Irrefera għal perjodu diffiċli ta’ żmien il-gwerra meta l-poplu tal-Isla sofra ħafna. |
| Il-President Abela wara li sema’ dwar ix-xogħol li | jagħmlu d-diversi għaqdiet fl-Isla qal li minkejja d-diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fix-xogħol volontarju, l-enerġija ta’ kull volontarju flimkien mal-ħidma tal-Kunsill Lokali għandha tmur għall-ġid tal-lokal. |
| Il-President faħħar s-sens ta’ komunita’ li jeżisti | fl-Isla u ħeġġeġ lill-għaqdiet sabiex jaħdmu wkoll id f’id mal-Malta Community Chest Fund sabiex iressqu lil dawk il-persuni fil-bżonn lejn il-Fond. Permezz ta’ dan, l-għaqdiet u l-Fond ikunu qed jilħqu għan wieħed – dak li noffru kwalita’ ta’ ħajja aħjar lil dawk fil-bżonn. |
| Il-President u s-Sinjura Abela mistennija jżuru | l-Isla nhar il-Hadd filgħodu sabiex jiltaqgħu mar-residenti tal-Isla. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990