Awissu wkoll bl-ogħla numru ta’ turisti u ta’ infiq
pr1760
28/09/2010
| Skond | statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Awissu żaru pajjiżna 193,115 turist. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 20,678 (12.0 fil-mija) turist iktar mill-istess xahar is-sena l-oħra, b’14,546 aktar minn Awissu tal-2008. L-ammont ta’ turisti li żaru Malta fix-xahar ta’ Awissu ta’ din is-sena huwa l-ogħla ammont ta’ turisti qatt registrat għax-xahar ta’ Awissu. Dan ikompli mar-riżultati li nkisbu f’Ġunju u Lulju ta’ din is-sena li lkoll irreġistraw l-ogħla ċifra ta’ turisti li qatt żaru Malta għax-xhur rispettivi. |
| In-numru | totali ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna f’Awissu ta’ din is-sena kien ta’ 2,007,041. Din iċ-ċifra tirrifletti 216,686 (12.1 fil-mija) iktar iljieli minn Awissu 2009 u ta’ 117,829 iljieli aktar minn numru totali ta’ ljieli li qattgħu Malta t-turisti f’Awissu 2008. |
| In-nefqa | totali tat-turisti f’Awissu ta’ din is-sena hi stmata li laħqet €208.4 miljun, żieda ta’ €44.9 miljun (27.5 fil-mija) fuq in-nefqa totali ta’ Awissu tas-sena l-oħra, u ta’ €27.6 miljun fuq in-nefqa totali ta’ Awissu tas-sena 2008. |
| Fl-ewwel | tmien xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 903,314 turist, żieda ta’ 97,673 turist ( 12.1 fil-mija) iktar mill-istess perijodu fl-2009. Dawn qattgħu 7,662,366 lejl f’Malta – 776,018 lejl (11.3 fil-mija) iktar mill-ewwel tmien xhur tal-2009. In-nefqa mit-turisti bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena kienet ta’ €777.2 miljun - €132.2 miljun (20.5 fil-mija) iktar mill-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din kienet ukoll l-ikbar nefqa mit-turisti li qatt saret f’pajjiżna għall-ewwel tmien xhur tas-sena. |
| Iċ-ċifra | ta’ 903,314 turist li żaru Malta fl-ewwel tmien xhur din is-sena hija ta’ 2,000 turist biss inqas minn numru registrat għall-ewwel tmien xhur tal-2008, sena rekord għat-turiżmu. Ta’ min jirrileva, però li f’April ta’ din is-sena huwa stmat li ntilfu 15,000 turist ċirka minħabba l-problema tal-vulkan fl-Iżlanda b’riżultat ta’ liema ħafna mit-titjiriet fl-Ewropa kienu ġew ikkanċellati għal numu ta’ ġranet. |
| L-ikbar | żieda numerika fit-turisti f’l-ewwel tmien xhur tas-sena kienet mill-Italja b’156.738 turist - żieda ta’ 35,408 turist (29.2 fil-mija) iżjed. Kien hemm ukoll żidiet sostanzjali minn Spanja, żieda ta’ 19,353 turist (65.2 fil-mija); Renju Unit, żieda ta’ 17,361 turist (6.7 fil-mija); Skandinavja, żieda ta’ 16,119 turist (35.9 fil-mija). |
| L-Onor Mario de Marco, Segretarju Parlamentari | għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura stqarr li r-riżultati ta’ Awissu juru xejra inkoraġġanti li qbadna f’dan is-settur. L-Onor de Marco fakkar li din il-ġimgħa konna qed infakkru l-Jum Dinji tat-Turiżmu u li dawn ir-riżultati kienu r-riżultati tal-ħidma tal-istakeholders kollha f’dan is-settur li qed jaraw l-isforzi tagħhom jagħtu riżultati anki aħjar minn tal-kompetituri tagħna. Fil-fatt li Malta kellha l-akbar żieda fit-turisti fost il-pajjiżi kollha tal-Mediterran. |
| “Dan hu | frott il-ħidma li wettaqna sabiex pajjiżna ikun jista’ jintlaħaq aħjar min kulmin irid iżuru billi żidna r-rotot lejn pajjiżna, ippromovejna lil Malta b’aktar aggressività fost is-swieq ewlenin tagħna u komplejna ntejjbu l-prodott tagħna ħalli kulmin iżurna ikollu esperjenza pożittiva,” tenna s-Segretarju Parlamentari Mario de Marco. |
L-Onor. de Marco stqarr li dawn ir-riżultati huma frott il-ħidma ta’ kulħadd, u li biex inżommuhom u nkattruhom, irridu nibqgħu saqajna mal-art billi nkomplu noffru lit-turist valur għal flus li jonfoq fostna.
| Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u | l-Kultura stqarr l-importanza li nkomplu niddiversifikaw it-turiżmu tagħna billi nagħtu attenzjoni akbar lill-bliet u rħula li joffru esperjenza ta’ storja u awtentiċità lit-turisti. Hu qal li b’mod regolari l-Kunsilli Lokali u varji organizzazzjonijiet u entitajiet, kienu qed jieħdu inizjattivi li joħorġu l-istorja, il-kultura u l-folklor tal-lokal u jikkontribwixxu biex t-turisti jieħdu esperjenzi ġodda ta’ pajjiżna. Importanti li nkomplu ninvestu fil-patrimonju storiku tagħna u li nsaħħu il-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali tagħna. |
| L-Onor | de Marco kkonkluda li l-ħidma ta’ kulħadd kellha tkun indirizzata lejn li nkomplu nżewwġu t-turiżmu mal-ħarsien tal-ambjent, kemm dak storiku, kif ukoll dak rurali u marittimu, sabiex b’hekk ikollna industrija li tħares lejn l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli u responsabbli b’mod fit-tul. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990