Left arrow Go Back

Il-Ministru George Pullicino jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura Ewropej

pr1753
Date Icon 27/09/2010
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Ruralil-Onor.George Pullicino, illum ħa sehem fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura Ewropej. Id-diskussjonijiet prinċipali kienu dwar il-pakkett propost mill-Kummissjoni dwar l-Organiżmi Ġenetikament Moifikati, il-futur tas-settur tal-ħalib Ewropew kif ukoll il-qagħda preżenti tas-swieq taċ-ċereali u tat-tadam għall-iproċessar.
Maltatapoġġja l-prinċipji tal-pakkett propost mill-Kummissjoni li jirregola  l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati u jippermetti lill-iStati Membri li jintroduċu projbizzjonijiet nazzjonali fuq il-kultivazzjoni tagħhom. Numru ta’ punti tekniċi dwar dan il-pakkett għadhom iridu jiġu ċċarati mill-Kummissjoni.
F’diskussjoni dwar il-prospetti tas-suq taċ-ċereali,il-Ministru Pullicino rrefera għall-konklużjonijiet tal-grupp ta’ esperti tal-FAO (Food and Agriculture Organisation) li jwissu lill-pajjiżi produtturi li ma jiħdux miżuri allarmisti li jistgħu jżidu l-inċertezza tas-suq, sabiex jiġu żgurati provvisti adegwati bi prezzijiet xierqa. Il-Ministru enfasiżża pjuttost il-bżonn ta’ ko-ordinazzjoni akbar bejn il-pajjiżi produtturi l-kbar u miżuri strutturali fit-tul li jirregolaw aħjar is-suq taċ-ċereali għall-ġid tal-konsumaturi u s-setturi kollha li jiddependu minnhom.
Il-Ministru tkellem ukoll sabiex jiġu ntrodottimiżuri ta’ labeling li juru ċar il-pajjiż fejn ġew imkabbra l-prodotti tat-tadam sabiex il-konsumatur ikun iżjed infurmat fl-għażla tiegħu. Il-Ministru fakkar kif il-bdiewa li jkabbru t-tadam f’Malta jagħmlu sforzi kbar biex iżommu mar-regoli ta’ produzzjoni u standards ambjentali stretti ta’ l-U.E., u li allura għandhom jiġu mħarrsa mis-suq billi l-prodott tagħhom ikun jintgħaraf minn dak ta’ kompetituri f’pajjiżi barra l-U.E. li ma jilħqux l-istess standards.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow