L-ONOR. OWEN BONNICI JATTENDI LAQGĦA PARLAMENTARI EWROPEA F’LISBONA
pr1749
27/09/2010
| Id-Deputat Parlamentari l-Onor. Owen Bonnici llum | qed jattendi laqgħa f’ Lisbona, fil-Portugall, fejn qed jirrappreżenta lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tar-Rappreżentanti f'laqgħa parlamentari Ewropea dwar il-European External Action Service li ser issir fil-Parlament Portugiż. |
| Il-laqgħa għandha | sservi għall-bdil ta' ideat dwar din l-Istruttura Ewropea ġdida li ġiet stabbilita bit-Trattat ta’ Lisbona li se tkun il-qafas li bih se twassal il-ħidma tagħha r-Rappreżentanta Għolja għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Lady Catherine Ashton. |
| Dan is-suġġett se | jiġi diskuss bejn rappreżentanti tad-diversi parlamenti nazzjonali tal-istati membri tal-UE u l-Ambaxxatur Poul Skytte Christoffersen, li huwa l-Konsulent Speċjali ta’ Lady Ashton dwar l-Affarijiet Barranin. |
| Il-laqgħha mistennija | tiġi indirizzata wkoll fost oħrajn mill-President tal-Parlament Portugiz, il-Presidenti tal-Kumitati tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament Portugiż, l-MEP Elmar Brok li huwa r-rapporteur tal-Parlament Ewropew fuq il-European External Action Service, kif ukoll mill-Ministru tal-Istat u tal-Affarijiet Barranin Portugiż Luis Amado. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990