STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1744
25/09/2010
| B’reazzjoni | għall-istqarrija tal-Onor SammuT – |
| Il-kelliem ewlieni tal-Opposizzjoni għas-settur | tas-sajd qed iħawwad dwar il-pjan tal-Gvern għal-binja f’Marsaxlokk. |
| Kieku l-Onor Sammur ikkonsulta mal-kollegi tieghu | jew daħal fis-sit eletroniku tal-MEPA mill-kumdita’ ta’ daru, kien ikun infurmat bil-preċiz fuq il-pjanijiet li l-Gvern għandu għall-pixkeria. Il-Gvern diġa kien imħabbar u ntqal fil-publiku saħansitra fil-parlament il-Gvern applika sabiex issir pixkerija ġdida fil-Marsa. |
| Dak | li hu propost li jsir f’Marsaxlokk hu biss landing facility, sabiex jinqdew b’mod aħjar is-sajjieda. Mill-pozizzjonijiet tiegħu l-Onor Sammut qed juri b’mod ċar li m’għandux fiduċja fis-settur. Kieku jemmen fil-futur tas-sajd, kien ikun hu stess li jispinġi lill-awtoritajiet ħalli s-sajjieda jkollhom l-faċilitajiet neċċessarji, skont ir-regolamenti kollha tal-UE, halli jkomplu jaħdmu bla tfixkil. |
| Biss | l-Onor Sammut jimpurtaħ biss li jfixkel u jxerred il-misinformazzjoni, għax b’hekk jemmen u jaħseb li jista’ jirbaħ ftit punti politiċi bl-irħis. Peress li l-Onor Sammut u l-Opposizzjoni m’għandhom l-ebda vizjoni għas-settur qed jipprova jimmina proċess ta’ konsultazzjoni li l-Ministeru qed iwettaq mal-koperattivi tas-sajd sabiex fil- portijiet ikun hemm il-faċilitajiet neċessarji sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tas-sajjieda. |
| Kien | ikun aktar għaqli għal-Onor Sammut li jara l-pjanti li ġew sottomessi kemm dawk għall-pixkerija fil-Marsa kif ukoll dawk għal landing facility f’Marsaxlokk. B’hekk l-Onor Sammut kien ikun jista’ jara d-differenza bejn binja u oħra u jibda jifhem kif il-Gvern se jkun qed jaqdi l-bżonnijiet tas-sajjieda. l-Gvern miexi bi pjan serju u effettif għal dan is-settur u se jkun qed iwettaq proġetti b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea. |
| l-Onor | Sammut imissu jaf kemm l-investiment li sar s’issa fil-port ta’ Marsaxlokk kien ta’ benifiċċju għas-sajjieda. L-Onor Sammut hu maqtugħ mir-realtajiet li hu suppost qed jirrapreżenta, jinsab ‘l bogħod minn nies li jaħdmu f’dan is-settur u għalhekk jiżbalja. Dan huwa każ iehor li juri kemm l-Opposizzjoni ma tagħtiż każ dan is-settur. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990