Left arrow Go Back

Bilanċ bejn l-iffaċilitar tal-kummerċ u l-infuzar fil-ħidma tad-Dwana

pr1742
Date Icon 25/09/2010
Malta tinsabfil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea u l-prodotti li jgħaddu mid-Dwana Maltija jistgħu jiċċirkolaw fil-bqija tal-Unjoni. B’hekk, ir-responsabbiltà fuq id-Dwana Maltija u l-uffiċjali tagħha hija akbar. Din għandha tiżgura li ma tkun qiegħda bl-ebda mod ixxekkel il-kummerċ, iżda li għandha tfittex li tiffaċilitah, filwaqt li tassigura livell mill-aqwa ta’ infurzar tar-regoli lokali u Ewropej. Hekk sostna l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, li huwa responsabbli mid-Dwana, f’diskors waqt ċerimonja organizzata biex jitfakkar Jum id-Dwana.
Il-Ministru Fenech saħaq li din ir-responsabbiltàtal-uffiċjali tad-Dwana hija wkoll waħda soċjali. Dan għaliex dawn l-istess uffiċjali huma responsabbli mit-tielet l-akbar sors ta’ dħul importanti għall-Gvern. Dan l-istess dħul jintuża mill-Gvern biex ikun jista’ jipprovdi servizzi bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-infrastruttura lill-Maltin u l-Għawdxin mingħajr ħlas. Aktar minn hekk, impatt soċjali ieħor huwa marbut mar-responsabbiltà tal-uffiċjali tad-dwana li jwaqqfu tentattivi ta’ kuntrabbandu minn operaturi ekonomiċi partikolari, għaliex li kieku dan ma jsirx, ikun hemm theddida serja fuq l-impjiegi leġittimi ta’ dawk li jipproduċu jew ibiegħu l-prodott oriġinali fil-fabbriki u l-ħwienet tagħna.
Il-ħidmatad-dwana tikkonċerna wkoll il-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur. Dan jgħodd b’mod partikolari fejn jidħlu prodotti tal-ikel kontaminati jew apparat elettriku li mhuwiex konformi ma' l-istandards Ewropej
Waqtl-okkażjoni, li saret fuq il-Moll ta’ Dwana, Lascaris, tkellmu wkoll id-Direttur-Ġenerali tad-Dwana, is-Sur Joseph P. Brincat u uffiċjali responsabbli mit-taqsimiet differenti. Saret ukoll quddiesa tal-okkażjoni u tqassmu tifkiriet lil dawk l-uffiċjali li rtirtaw matul is-sena li għaddiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow