Iżjed opportunitajiet għal negozji micro Maltin
pr1730
23/09/2010
| “Il-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp | Reġġjonali ERDF jissarfu f’opportunità u għodda utli f’idejn l-imprendituri eċċezzjonali li għandna f’pajjiżna. F’Malta għandna intrapriża li tikkompeti b’saħħa mal-ekwivalenti tagħha fuq skala internazzjonali, u għalhekk il-Gvern huwa kommess li jkompli jipprovdilha l-ispazji u l-għodda biex jgħajna titkattar.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt li kien qed iżur l-intrapriża micro ActionFrame ġewwa l-qasam industrijali ta’ Kordin. |
| ActionFrame, li ilha stabbilita 10 snin u tħaddem | magħha 5 impjegati, tispeċjalizza fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ frames għal roti u muturi għal tlielaq kompetittivi professjonali. Din il-kumpanija tispeċjalizza fl-użu ta’ materjali speċjalizzati bħal carbon fibre u materjali innovattivi oħra. Dan biex jonqos il-piż tar-rota jew mutur kemm jista’ jkun filwaqt li tinżamm is-saħħa neċessarja għal dawn l-istrutturi. |
| Permezz | tal-fondi ERDF, ActionFrame qed taħdem fuq proġett pilota li ser jippermettilha tidħol fix-xena tal-muturi tat-tlielaq professjonali – il-Moto GP. Dan il-proġett ta’ riċerka u innovazzjoni li jiswa €260,000, huwa ko-finazjat mill-fondi ERDF sa 45% tat-total. F’dan il-proġett, ActionFrame qed tmexxi proġett ta’ riċerka u żvilupp għal mudell ta’ mutur li jkun magħmul minn materjali li ser jintużaw għal dan l-għan għall-ewwel darba. Wara li għadhom kemm tlestew l-eżamijiet speċjalizzati ġewwa Bolognia fl-Italja fuq il-prototipu tal-mudell, issa jmiss li dan jiġi żviluppat fil-materjali proprja. B’hekk ikun imiss li l-mudell jiġi ippruvat fuq il-korsa tat-tlielaq. Skont ir-riżultati li joħorġu minn dawn l-aħħar testijiet, jiġi żviluppat il-prodott finali, li jinħareġ fuq is-suq. |
| Is-Segretarju Parlamentari feraħ lill-ħaddiema ta’ | ActionFrame li qed jużaw il-kreattività u d-dedikazzjoni tagħhom biex jippenetraw swieq ġodda. Permezz ta’ opportunitajiet bħall-fondi ERDF, il-Gvern qed joħloq opportunitajiet ġodda biex isir investiment innovattiv, li jġib ix-xogħol. Il-Gvern għalhekk jibqa’ jżomm fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu il-ħolqien ta’ l-aqwa ambjent li fih jitkattar ix-xogħol. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990