Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali: B’reazzjoni ghall-istqarrija  tal-Onor Joe Sammut.

pr1729
Date Icon 23/09/2010
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Afffarijiet Ruralijinnota li l-Onor Sammut, bl-istqarrija tiegħu żbalja u wera li ma jafx u mhux konxju li r-reġistrazzjoni tal-qatla tal-majjal taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Koperattiva ta’ min Irabbi l-Majjal (KIM).
Il-KIM ilha għal snin twal tieħu ħsieb dinir-reġistrazzjoni u għalhekk minflok li l-Onor Sammut jinfexx f’allegazzjonijiet infondati, lejliet il-laqgħa ġenerali annwali tal-KIM, kien ikun aktar għaqli li jinforma ruħu dwar kif il-KIM tmexxi din il-proċedura tal-qatla.
Il-Gvern jemmen li l-KIM hi kompetenti biżżejjedsabiex tmexxi r-reġistrazzjoni tal-qatla għall-benefiċċju tal-membri tagħha. Dan kollu għandu jsir mingħajr diskriminazzjoni jew favuri.
Il-membri tal-KIM kollha jafu li r-reġistrazzjoni mataqgħax taħt ir-responsabbilta’ tal-Gvern imma huwa xogħol il-koperattiva u għalhekk kull membru li jħoss li qed jiġi diskriminat għandu jressaq l-ilment tiegħu lill-kumitat tal-koperattiva.
Il-Gvern, ir-raħħala u l-poplu tajjeb li jkunu jafupero x’qed jipproponi l-Onor Sammut. Huwa faċli li wieħed jikteb stqarrija kollha allegazzjonijiet mingħajr ma wieħed jgħid x’jaħseb li għandu jsir. L-Onor Sammut hu fid-dmir jgħid jekk hux qed jipproponi li l-bejgħ tal-majjal ikun liberalizzat b’tali mod li kull raħħal ikollu ċ-ċans li jagħżel hu għand min jipproċċessa l-majjal tiegħu?
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow