Il-Prim Ministru jaccetta r-rizenja tas-Segretarju Parlamentari Chris Said
pr1724
23/09/2010
| Illum | il-Prim Ministru Lawrence Gonzi aċċetta l-ittra tar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Chris Said, wara li hu offra r-riżenja tiegħu minn din il-kariga. |
| Dr Chris | Said offra r-riżenja tiegħu wara deċiżjoni tal-Qorti dal-għodu dwar kwerela li saret kontra tiegħu fuq kas ta’ aċċess ta’ tarbija, li Dr Said kien qiegħed jidher fih bħala avukat tal-omm f’Jannar 2007. |
| Il-Prim Ministru fl-ittra | tiegħu lil Chris Said, filwaqt li aċċetta r-riżenja biex hu jkun jista’ jiddedika l-attenzjoni tiegħu kollha fuq id-difiża tiegħu fil-kas, qal li jittama li l-konklużjoni bla dewmien tal-proċess legali jkun jippermettilu li jerġa jaħtru fl-istess kariga li okkupa b’tant enerġija u dedikazzjoni. |
| Flimkien ma’ din l-istqarrija | qed jiġu pubblikati l-ittra ta’ Dr Chris Said lill-Prim Ministru u l-ittra tat-tweġiba tal-Prim Ministru. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990