JINGĦATA BIDU GĦAL PROPOSTA OĦRA TA’ EKO-GĦAWDEX
pr1723
23/09/2010
| Il-Ministeru għal Għawdex qed jipparteċipa fi | proġett ġdid iffinanzjat minn fondi Ewropej, li l-għanijiet tiegħu huma li jgħin lill-awtoritajiet reġjonali fl-Ewropa biex jiżviluppaw politika li tippromwovi aktar żvilupp fis-settur tal-eko-akkomodazzjoni, kif ukoll fis-sbuħija tat-territorji rurali għal skopijiet turistiċi. |
| Dan | il-proġett, “Kunċett innovattiv ta’ eko-akkomodazzjoni f’reġjuni rurali: żvilupp ta’ politika ta’ għajnuna għall-eko-investituri” (Akronimu: ICER) huwa ffinanzjat mill-programm INTERREG IVC li huwa parti mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali. It-total ta’ fondi allokati għal dan il-proġett huwa ta’ €1.4 miljun. L-awtoritajiet rurali li huma msieħba fil-proġett ICER ġejjin minn Franza, is-Slovenja, Spanja, il-Fillandja, l-Ungerija, l-Irlanda u Malta. |
| Fost | l-oħrajn dan il-proġett ser janalizza l-istrateġiji għall-iżvilupp tat-turiżmu f’dawn ir-reġjuni, politika konkreta għal żvilupp sostenibbli, politika dwar ċertifikazzjoni, għodda għall-marketing, l-identifikazzjoni tal-aqwa prattiċi għal kull reġjun u l-appoġġ tal-politika pubblika għall-investiment privat. |
| Matul it-tnedija | tal-ewwel attività ta’ dan il-proġett f’Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, laqgħet lill-imsieħba tal-ICER fil-gżira u qalet li dan il-proġett se jirriżulta fl-implimentazzjoni ta’ proposta mniżżla fil-pjan ta’ azzjoni ta’ eko-Għawdex għall-perjodu 2010–2012: l-iżvilupp ta’ politika speċifika dwar l-agro-turiżmu u l-eko-turiżmu għal Għawdex. |
| Il-Ministru Debono qalet | li l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija ta’ gżira ekoloġika, tinsab għaddejja bl-akbar intensità – bil-proġetti li qed isiru bħalissa jinkludu fost l-oħrajn: tħawwil ta’ aktar siġar, restawr ekoloġiku, faċilitajiet għal ħażna ikbar tal-ilma tax-xita, it-twaqqif ta’ Ċentru ġdid tar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni għall-Agrikoltura, programmi edukattivi fl-iskejjel, riċerka u konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-gżira, edukazzjoni dwar stili ta’ ħajja aktar b’saħħitha, żvilupp tar-riżors uman fil-gżira, kif ukoll żieda fl-infrastruttura għall-enerġija rinovabbli. |
| Hija żiedet tgħid li l-Proġett | ICER ser jgħin lill-Ministeru għal Għawdex jassigura li s-settur tat-turiżmu – b’mod partikolari dak tal-akkomodazzjoni – ikun involut fil-proċess tal-bidla li qed jitlob il-proġett ta’ eko-Għawdex. Ser jgħin ukoll biex tinħoloq politika ġdida speċifika għall-gżira, għall-agro-turiżmu u l-eko-turiżmu. Il-Proġett ICER ser jassisti wkoll lill-Ministeru għal Għawdex biex ibiegħ lil Għawdex bħala gżira ekoloġika. |
| Il-Ministru Debono qalet ukoll li sabiex dan | il-proċess ikun effettiv, jeħtieġ l-involviment ta’ individwi u entitajiet pubbliċi u privati li huma involuti fis-settur. B’hekk is-soluzzjonijiet ikunu tanġibbli u realistiċi u jkunu jistgħu jiġu implimentati. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990