Left arrow Go Back

Tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-proprjeta’ intelletwali f’Malta

pr1718
Date Icon 23/09/2010
Is-Segretarju Parlamentari għalNegozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi ippresjeda l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding (MOU) bejn il-Gvern Malti u l-Organazzjoni Dinjija tal-Proprjeta’ Intelletwali (WIPO).  Dan l-MOU ser iwassal għal sensiela ta’ inizjattivi konġunti biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-proprjeta’ intelletwali f'Malta.
Dan il-ftehim b’modkonkret ser jirriżulta f’inizjattivi bħal:

1.            L-iżvilupp ta’ Sistema tal-Informatika Nazzjonali ġdida dwar it-trademarks li toffri possibbilitajiet online, u servizzi elettroniċi.  Din tieħu post dik eżistenti.

2.            L-organizzazzjoni tal-WIPO Awards li qed isiru b’kollaborazzjoni mal-Gvern Malti

3.            L-iżvilupp ta’ kampanji nformattivi kontinwi dwar il-proprjeta’ intelletwali f’Malta.

4.            Taħriġ ta’ diversi uffiċjali mid-dipartiment tal-Kummerċ fuq aspetti varji tad-drittijiet tal-proprjeta’ intelletwali. u

5.            Programm strateġiku mmirat li jiġġieled il-piraterija.  Dan jinkludi bdil fil-liġi, taħriġ tal-uffiċjali tad-dwana u pulizija kif ukoll seminars għall-ġudikatura.

Jason Azzopardi kien qiegħed jattendis-Sezzjoni Ministerjali tal-laqgħat tal- Assemblea tal-Istati membri tal-WIPO f’Ġinevra.   Waqt iż-żjara tiegħu kellu ukoll laqgħat mad-Direttur Ġenerali tal-WIPO Dr Francis Gurry u mad-Direttur tad-Diviżjoni għall-pajjiżi fl-Ewropa u fl-Asja Michal Svantner fejn ġew diskussi aspetti diversi tas-settur tal-proprjeta’ intelletwali fuq skala nazzjonali u internazzjonali.
Jakkumpanjawlis-Segretarju Parlamentari waqt dawn il-laqgħat  kien hemm ir-Rappreżentant Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti, is-Sur  Victor Camilleri u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, Godwin Warr.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow