Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jattendi l-Assemblea Ministerjali tal-World Intellectual Property Organisation (WIPO)

pr1697
Date Icon 18/09/2010
Is-SegretarjuParlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum jitlaq minn Malta lejn Ġinevra biex jattendi Assemblea Ministerjali tal-Organizzazjoni WIPO (World Intellectual Property Organisation). Waqt iż-żjara tiegħu Jason Azzopardi ser jiffirma Memorandum of Understanding bejn WIPO u l-Gvern Malti.Dan il-ftehim ser iwassal għall-iżvilupp ta’ inizzjattivi konġunti bejn iż-żewġ naħat bl-għan li:
• Jisaħħu l-aspettitekniċi, u għodda amministrattivi tad-Dipartiment tal-Kummerċ,
• Tiżdied l-informazzjonidwar il-Proprjeta Intelletwali f’Malta,
• Jitjieb l-infurzardwar id-drittijiet għall-Proprjeta Intelletwali,
• Jitjiebu l-possibbilitajietta’ istituzzjonijiet akkademiċi, ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll entitajiet tan-negozju Maltin, biex jagħmlu użu aħjar minn sistemi ta’ proprjeta’ intelletwali fl-oqsma tal-ekonomija, xjenza u teknoloġija.
• Isir tisħiħtal-proċess għar-reġistrazzjoni tat-trademark nazzjonali, bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni tat-trademark internazzjonali.
Il-WIPO hijaorganizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li hija ddedikata li tiżviluppa suq internazzjonali tal-proprjeta intelletwali li jkun bilanċjat u aċċessibbli. Dan is-suq b’hekk jippremja il-kreattivita’, jistimola l-innovazzjoni, u jikkontribbwixxi għall-iżvilupp ekonomiku filwaqt li jħares l-interess pubbliku.
Għal din il-laqgħaser jiltaqgħu 184 stat membru tal-organizzazjoni bl-għan li tiġi diskussa l-ħidma tal-organizzazjoni kif ukoll il-politika għall-ġejjieni. Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm Godwin Warr Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow