Left arrow Go Back

Skema tal-IspiŻerija tal-Għażla Tiegħek

pr1695
Date Icon 17/09/2010
Ġbir u Mili tal-Formola tar-Reġistrazzjoni :  Sliema- Iklin
Id-Dipartimenttal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta’ Birkirkara rispettivament, li jistgħu jiġbru l-Formola Uffiċjali tar-Reġistrazzjoni mill-ispiżeriji msemmija hawn taħt.
Il-pazjentili għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw mà dil-Iskema.  Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtelà kifgej:
Sezzjoni[A] -      Mill-pazjent
Sezzjoni[B] -      Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha.
Sezzjoni[C] -      Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta’ Birkirkara
Id-Dipartmenttal-POYC jixtieq jinforma lill-pazjenti li dawk ir-Registrazzjonijiet li ma jsirux fuq fil-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali, u li ma jkunx hemm mehmuza magħhom kopja tal-Karta tal-Identità u tad-dokumenti uffiċjali validi relatati mal-kundizzjoni medika ma jkunux jistgħu jiġu pproċessati.
Id-Dipartiment tal-POYC filwaqt li jirringrazzjalill-pazjenti tal-koperazzjoni, jinforma li min jinħtieġ aktar informazzjoni jista’  iċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.

 Spiżeriji – SLIEMA

Isem

Indirizz

Lokalita'

Chemimart Ltd. Pharmacy 

4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri

Sliema

Drug Store

382, Triq Manwel Dimech,

Sliema

Edward's Pharmacy

115 Triq Manwel Dimech

Sliema

Harley Pharmacy

1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone

Sliema

Mrabat Pharmacy

 5, Triq l-Imrabat,

Sliema

Norman's Pharmacy

133, High Street,

Sliema

Rudolph Pharmacy

133, Triq Rodolfu

Sliema

St. Francis Pharmacy

 293, Triq Manwel Dimech

Sliema

Stella Maris Pharmacy

 34, Millner Street

Sliema

The Economical Dispensary 

86/87, Triq Sir Adrian Dingli

Sliema

Victor's Pharmacy 

9, Triq it-Torri,

Sliema

Wales Pharmacy

183, Triq Manwel Dimech

Sliema

Spiżeriji – IKLIN

Isem

Indirizz

Lokalita'

Iklin Pharmacy

Triq Ġeronimo Abos

Iklin

Mehriez Pharmacy

4, Triq Ġiovanni Curmi

Iklin

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow