Użu tal-laneċ u electric cabs fil-‘car free day’
pr1693
17/09/2010
| It-22 | ta’ Settembru hu International Car Free Day. Transport Malta qed tikkontribwixxi biex dakinhar dawk kollha li jidħlu l-Belt Valletta, b’mod partikolari l-ħaddiema, jiġu mgħejjuna biex ma jużawx it-trasport tagħhom iżda minflok jagħmlu użu minn mezzi oħra ta’ trasport li ma jnigġsux daqshekk l-arja. |
| F’dan | il-jum |
| Shuttle service | bil-laneċ minn tas-Sliema għall-Belt Valletta se jibda fis-7.00 am u jibqa’ sejjer sas-6.15pm; |
| Se jkun | hemm servizz bil-mini-vans minn ħdejn fejn jorbtu l-laneċ f’Marsamxett saċ-ċentru tal-Belt; |
| Il-KDM | Group of Companies, li topera s-CT CABS se tagħti servizz bla ħlas bejn it-8.00 am u s-1.00 pm. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent | u l-Kultura qed jerġa’ jappella lill-ħaddiema li jidħlu jaħdmu l-Belt Valletta u l-Furjana biex nhar l-Erbgħa 22 ta’ Settembru |
| Jużaw | it-trasport pubbliku; |
| Fejn | possibbli jsir pooling biex jitnaqqas l-użu tal-karozzi; |
| Jużaw | mezzi alternattivi ta’ trasport, bħar-roti; |
| Jagħmlu | iktar użu tal-park and ride; |
| Min | m’għandux bogħod għall-post tax-xogħol jmur bil-mixi. |
| Il-ftit | ta’ kulħadd miġbur flimkien jikkontribwixxi lejn il-ħafna. Jgħin biex inkomplu nnaqqsu t-tniġġiż mill-karbonju fl-arja! |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990