STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
pr1691
17/09/2010
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Onor. José Herrera fl-istqarrija tiegħu tal-lum jidher li qed jipprova l-ewwel ipoġġi kliem li qatt ma ntqal f’ ħalq il-Ministru tal-Ġustizzja u wara jaqla’ polemika artifiċjali fuq il-kliem ivvintat minnu.
| Fil-fatt fl-istqarrija li għamel | kelliemi għall-Ministeru tal-Gustizzja dwar il-każijiet tat-tlett uffiċċjali tal-pulizija irrappurtata fil-ġurnal The Times nhar is-Sibt, 11 ta’ Settembru, imkien ma ngħad illi s-sentenzi tal-Qorti tal-Appell li kienu jirrigwardaw l-irtirar mill-Korp tal-imsemmija tliet uffiċjali kienu dwar ‘teknikalità’ iżda ntqal, u din hija xi ħaġa li ma meriha ħadd, hu illi kienu sentenzi bbażati fuq kwistjonijiet ta’ proċedura. |
| Lanqas ma ntqal illi l-proċedura mhix | importanti jew li r-rispett lejn id-dritt għas-smigħ xieraq huwa xi ħaġa minima. Imma l-Onorevoli Herrera xorta qiegħed donnu jattribwixxi lill-Ministru tal-Gustizzja u lill-ex-Prim Ministru li dawn qalu hekk. |
| Il-kwistjoni mqanqla fil-kawzi ta’ | dawn il-Pulizija kienet fil-fatt ferm aktar komplikata milli qiegħed jipprova jpinġiha Dott. Herrera. |
| Din kienet tirrigwarda sitwazzjoni | fejn fil-kors ta’ investigazzjonijiet tagħha dwar reati serji, l-Pulizija kienet saret taf illi uffiċċjali tagħha kienu f’ kuntatt ma persuni li kienu qegħdin jiġu investigati b’ dawk ir-reati. Kieku sar smiegħ qabel ma dawn ġew irtirati mill-Korp fuq ordni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dak iż-żmien, il-Pulizija kienet tkun qegħda tiġi imġiegħla tikxef idejha ma’ persuni b’ kuntatt mas-suspettati dwar f’ hiex waslet l-investigazzjoni. Fiż-żmien meta ġara l-każ il-Pulizija kienet ukoll ċerta (anke abbazi ta’ ħafna każijiet li seħħew qabel) illi l-ligi stess kienet, fl-interess pubbliku, tippermettilha li ma tikxifx idejha mas-suspettati dwar f’ hiex waslet l-investigazzjoni u dwar il-metodu tal-investigazzjoni li kien qed jintuża. Din it-teżi sostnietha wkoll il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li skond il-Kostituzzjoni rrakkomandat l-irtirar ta’ dawn l-uffiċjali sabiex il-pubbliku jiġi protett. |
| Huwa għalhekk ferm inġust illi issa | li l-Qorti tal-Appell, f’ sentenza innovattiva, qalet illi d-dritt li jsir smigħ japplika ukoll f’ dawn iċ-ċirkostanzi akkost illi serqa ta’ €2.3 miljuni u ħasil ta’ flus u kutrabandu jibqgħu għaddejjin, il-kelliemi ewlieni jgħid illi l-Gvern m’ għandu ebda sensittività għad-dritt għas-smigħ xieraq. |
| Il-Ministeru tal-Gustizzja jixtieq | ifakkar lill-Kelliemi Ewlieni illi kien fi żmien din l-amministrazzjoni illi r-raġunijiet ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ azzjonijiet amministrattivi twessgħu biex il-Gvern ikun aktar responsabbilizzat lejn il-pubbliku. Il-Gvern ha dan il-pass fl-interess taċ-ċittadin minkejja l-perikolu li dawn ir-raġunijiet xi kulltant jiġu mifhuma mod differenti milli jifhimhom il-Gvern u forsi xi kultant ukoll jiġu mifhuma ħażin. Iżda d-demokrazija teħtieġ illi l-Gvern jissottometti ruħu għall-Qrati filwaqt illi jibqa’ jieħu dawk il-passi kollha li tippermettilu l-liġi biex iħares is-soċjetà mill-kriminalità. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990