Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1681
Date Icon 16/09/2010
B’reazzjonigħall-istqarrija tal-Onor Joe Sammut.
Bl-istqarrija tiegħutal-lum, id-Deputat tal-Oppożizzjoni Joe Sammut reġa’ kkonferma kemm għalih l-uniku ħaġa mportanti hi li jżeffen politika partiġġjana anke fuq proġett intiż biex itejjeb il-faċilitajiet offruti lis-sajjieda.
Il-faċilitajiet lijitkellem fuqhom Sammut huma faċilitajiet intiżi biex is-sajjieda li jużaw Marsaxlokk ikollhom post adekwat fejn iniżżlu u jaħżnu l-ħut tagħhom. Kif indikat mill-istqarrija nfisha, dawn huma faċilitajiet fundamentali għas-sajjieda u jwasslu biex is-sajjieda jtejbu l-kompettivita’ tagħhom.
Din il-faċilita’ hijabiss waħda minn kullana ta’ inizjattiva li qed ifissal id-Dipartiment tas-Sajd biex Marsaxlokk jitjieb u dan jinkludu tħammil ta’ qigħ il-baħar, bini ta’ breakwaters ġodda li lkoll se jikkumplimentaw l-investiment li ġa sar f’faċilitajiet bħalma huma l-hardstanding.
It-trasferimenttal-pixkerija mill-Belt kienet deċiżjoni meħuda fl-aħjar interess tal-pajjiż. Fil-pixkerija l-ġdida, li se tkun iffinanzjata minn fondi Ewropej, ser isiru faċilitajiet mill-aqwa li llum ma jinstabux fil-pixkerija eżistenti.
Madanakollu, l-Gvernjibqa’ dispost li jisma’ u jikkonsulta, anke fuq din il-faċilita’ u lest li jikkunsidra siti alternattivi oħrajn. Dan hu wkoll parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li jsir f’kull proċess ta’ applikazzjoni mal-MEPA għall- proġett.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow