KARNIVAL TA’ MALTA 2011- ĦRUĠ TA' KONKORSI
| Il-Kunsill | Malti għall-Kultura u l-Arti jħabbar li l-Karnival 2011 se jiġi ċċelebrat bejn l-4 u t-8 ta’ Marzu, 2011 |
| Għall-edizzjoni ta’ dan il-Karnival qed jiġu mnedija | dawn il-konkorsi:- |
| Konkors Nru 1 Karrijiet Trijonfali -Kategorija | "A" – konkors kompetittiv. * |
| L-Ewwel Premju | €2,620 |
| It-Tieni Premju | €2,290 |
| It-Tielet Premju | €2,155 |
| Konkors Nru 2 Karrijiet Trijonfali -Kategorija | "B" – konkors kompetittiv * |
| L-Ewwel Premju | € 2,320 |
| It-Tieni Premju | € 2,085 |
| It-Tielet Premju | € 1,795 |
| Konkors Nru 3 Karrijiet Trijonfali - Sezzjoni “C” | – konkors kompetittiv * . |
| L-ewwel Premju | €1,840 |
| It-Tieni Premju | €1,680 |
| It-Tielet Premju | €1,490 |
Konkors Nru 4 Maskri Grotteski
(jiġu aċċettati sa massimu ta’ 4 entraturi)
| L-Ewwel Premju | € 1,250 |
| It-Tieni Premju | € 1,200 |
| It-Tielet | Premju € 1,100 |
| *Il-premju | jinkludu s-sussidju tar-reffiegħa u t-transport ta’ l-istess maskaruni |
Konkors Nru 5 Maskarun Iżolati
| (in-numru ta’ entraturi jiġi stabbilit skond | il-ħtieġa ta’ l-organizazzjoni) |
| Il-Konkors mhux kompetittiv iżda, f’tali każ li min | jipparteċipa jonora l-ftehim u jipparteċipa skond kif miftiehem u josserva r-regolamenti u dak mitlub mill-organizzazzjoni jingħata kumpens globali li jista’ jlaħħaq is-somma ta’ € 300. Il-qisien tal-maskarun iżolat ikun mhux anqas minn 2 metri (6.5pied) wiesa’ u mhux anqas minn 2.5 metri (8 piedi) għoli jekk mhux miftiehem differenti ma’ l-organizzazzjoni. Maskarun iżolat jista jitmexxa fuq ir-roti. |
| Konkors Nru 6 Kumpanija bil-kostum (tfal) fuq | karru dekorat. - Kateġorija "C" |
| F’dan | il-konkors l-applikant jista’ jagħzel li jieħu sehem b’karru li għalih hemm kompetizzjoni separata li ma tifformax parti mir-rebħ tal-konkors |
| (jiġu aċċettati sa massimu ta’ | 4 entraturi)* |
| KOSTUM | ŻIFNA KARRU |
| L-Ewwel Premju | €1,505 € 840 € 1,715 |
| It-Tieni | Premju €1,330 € 605 € 1,590 |
| It-Tielet | Premju €1,210 € 585 € 1,455 |
Konkors Nru 7 - Kumpanija Sezzjoni B.
| F’din | is-sezzjoni l-applikant jista’ japplika biex jiġi kkunsidrat biex jippreżenta karrella. Ma jingħatax sussisdju/ ħlas għal karrella għajr € 175 bħala għajnuna għall-ispejjeż tat-tractor. Applikant irid jipprovdi trailer (double wheel) minn naħa tiegħu u josserva n-noti addizzjonali dwar il-karrelli hawn taħt. |
| (jigu aċċettati sa massimu ta’ | 6 entraturi) |
KOSTUM ŻIFNA
L-Ewwel Premju €1,910 € 965
It-Tieni Premju €1,560 € 850
It-Tielet Premju €1,385 € 755
| Konkors Nru 8 Kumpanija Koppji bil-Kostum fuq Karru | Dekorat - Kategorija A |
| (jiġu aċċettati sa massimu ta’ | 4 entraturi*) |
KOSTUM KARRU ŻIFNA
L-Ewwel Premju €2,320 €2,180 €1,085
It-Tieni Premju €2,085 €1,945 €965
It-Tielet Premju €1,850 €1,715 €850
* Fil-konkorsi kollha mhux se jigu aċċettati mhux aktar minn 20 karru li jkopri s-sezzjonijiet tal-karrijiet trijonfali u l-karrijiet tal-kumpaniji C u A.
Sussidji oħra
Il-Karrijiet Trijonfali Sezzjoni A , B u Karrijiet tal-Kumapija Sezzjoni “A” u “C”
€175 lil kull parteċipant biex jipprovdi tractor meħtieġ.
€200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trailer meħtieġ.
Jingħata servizz limitat ta’ crane u cherry picker f’St. Iermu filwaqt li parteċipanti bil-karrijiet mhux armati f’St. Iermu jingħataw sa mhux aktar minn €115 sussidju għal kiri ta’ inġenji bżonnjuzi fl-armar u ż-żarmar tal-karru fejn il-każ ikun meħtieġ u ġustifikat. Jingħata wkoll għajnuna ta’ € 75 sabiex tagħmel tajjeb għal provista ta’ żiemel biex jinġarru lejn u lura l-karrijiet li jinħadmu aktar il-bogħod mill-Floriana. Dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel ma’ l-Uffiċċju.
Maskaruni
Is-sussidju tar-reffiegħa u tal-ġarr tal-maskaruni huma inklużi fil-premju rispettiv.
Karella
Jekk applikant b’kumpanija B jiġi aċċettat li jieħu sehem b’karella jista jingħata sussidju ta’ €175.
Tagħrif Ġenerali
· L-applikanti li jiġu aċċetati biex jieħdu sehem f’dawn il-korkorsi jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-karnival u 10% ta’ l-istess premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq). Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa.
· Il-massimu ta’ l-entraturi fil-konkorsi jkunu kif jidher hawn :- Karrijiet Trijonfali A, B u C flimkien ma’ Kumpanija C u A – mhux aktar minn għoxrin mifruxa b’mod bilċanjat fil-konkorsi rispettivi; Kumpaniji B mhux aktar minn sitta u settijiet tal-maskaruni mhux aktar minn erbgħa.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230 “Casa Gaspe”, Triq ir-Repubblika, Valletta sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru, 2010. Aktar dettalji u regolamenti marbuta ma’ dawn il-konkorsi jistgħu wkoll jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jew b’talba b’email fl-indirizz elettroniku anton.miceli@maltaculture.com
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990