Left arrow Go Back

42 ANZJAN MIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL SE JIPPARTEĊIPAW F’MARATONA TAS-SAJD

pr1669
Date Icon 15/09/2010
Bl-iskop li jkunu ta’għajnuna għall-organizazzjoni Puttinu Cares, grupp imdaqqas ta’ anzjani li joqgħodu fir-Residenza San Vinċenz De Paul se jagħtu sehemhom f’Maratona tas-Sajd li ser issir il-Ħadd li ġej.
Hekk kif semgħubil-Maratona, numru ta’ anzjani wrew l-interess tagħhom li jipparteċipaw, u b’hekk ikunu wkoll ta’ għajnuna prattika lis-soċjeta’. Għalhekk is-sezzjoni tal-Entertainment fi ħdan l-istess residenza, għamlet il-kuntatti kollha neċessarji biex dan seta’ jsir.
Għall-attivita’ l-anzjaniorganizzaw rwieħom sew, u tqassmu f’ħames gruppi ta’ seba’ persuni kull wieħed, bi grupp ieħor li se jkun fuq stand-by, f’każ li xi ħadd jgħejja jew ikun ma jiflaħx.
L-iskop tal-Maratona,li qed tiġi organizzata mill Blue Sea Angling Club, huwa dak li jinkiser ir-rekord dinji tal-akbar numru ta’ nies jistadu flimkien għal erba’ siegħat, filwaqt li jinġabru fondi b’risq l-organizzazzjoni Puttinu Cares.
Il-Maratona ser issiril-Ħadd li ġej bejn 12:00hrs u 16:00hrs f’Marsaskala.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow