Diskors mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, waqt il-Ftuħ taċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal: IL-BEJTA - Skola Primarja Bormla - 14 ta’ Settembru 2010
| Il-lum hi ġurnata | speċjali għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett għax qed iniżidu Ċentru ieħor għall-Ħarsien tat-Tfal fix-xibka ta’ ċentri li issa għandna mferrxin ma’ Malta. Dan hu t-tieni ċentru f’Bormla u rrid infakkar li x-xahar li għadda ftaħna ċentru bħalu fis-Siġġiewi u x-xahar id-dieħel niftħu ieħor fl-iskola l-primarja l-ġdida ta’ Pembroke. |
| Iżda forsi aktar | importanti minn hekk hu l-fatt li dan iċ-Ċentru se jkompli jsaħħaħ il-programm li s-sena l-oħra fassalna u bdejna nimplimentaw għal din il-lokalita’ partikolari, fi sforz biex nagħtu servizz aktar b’saħħtu u nindirizzaw problemi li kienu qed jinkwetaw lilna l-edikaturi, il-ġenituri u l-komunita’ kollha kemm hi. |
| Il-ftuħ ta’ dan | iċ-Ċentru hu parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għal tiġdid edukattiv f’din l-iskola li bl-għajnuna u l-kooperazzjoni ta’ kulħadd, b’sodisfazzjon ngħid li diġa’ beda jagħti riżultati konkreti. |
| Dan il-Pjan ta’ Azzjoni | ġie mħejji fl-2009 bi sħab bejn numru ta’ stakeholders importanti; l-iskola, il-Kulleġġ Santa Margerita, id-Direttorati tal-Edukazzjoni, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, l-Aġenzija Appoġġ, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla. |
| Fis-sena | skolastika li għaddiet beda jitwettaq dan il-pjan u bdew ikunu mplimentati aspetti importanti minnu. Din il-ħidma se tkompli tul is-sena skolastika li tibda lejn tmiem dan ix-xahar. |
| Xi | twettaq s’issa minn dan il-Pjan: |
1. Il-ftuħ ta’ Day Care Centre
Il-lum, il-ftuħ ta’ dan id-Day Care Centre immexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ifisser li din l-iskola issa se tibda toffri servizz integrat mill-eta’ bikrija ta’ qabel il-kindergarten lill-komunita’ ta’ Bormla u tal-madwar.
2. It-Twaqif ta’ Nurture Group/Learning Support Zone.
Dan hu mmexxi minn għalliem kwalifikat bl-għajnuna ta’ Learning Support assistant. Fis-sena skolastika li għaddiet 20 student ibeniffikaw b’mod regolari u konsistenti mis-servizz tan-Nurture Zone filwaqt li 10 studenti oħra bbenefikaw mis-sapport skont il-bżonn.
3. Classroom Assistants
Matul is-sena skolastika 2009/2010, tliet Learning Support Assistant ħadmu bħala Classroom Assistants billi taw support lill-għalliema u-l-istudenti kollha ta’ tliet klassijiet fis-snin bikrija. B’hekk ibbenifkaw 65 student. Mis-sena skolastika li jmiss huwa ppjanat li n-numru ta’ Classroom Assistants jiżdied għal sitta u b’hekk huwa ppjanat li jibbenefikaw 94 student.
4. HW Clubs
Fl-iskola twaqqfu żewġ Homework Clubs wieħed immexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u l-ieħor mill-Aċċess Community Centre li minnhom ibbenifikaw 25 student. Hu ppjanat li għas-sena skolastika li jmiss isir sforz biex dawn iż-żewġ servizzi jiġu integrati flimkien ħalli joffru servizz iktar iffukat għall-istudenti.
5. Użu tad-drama fit-tagħlim tal-Ingliż
Żewġ klassijiet tal-Year 5 segwew il-programm tad-drama tal-Helen o’Grady Academy. Minn dan il-proġett ibbenifkaw 35 student.
| 5. Family Support | worker |
| Twaqqaf fuq bażi | part-time ir-rwol ta’ Family Support Worker biex taħdem mal-familji ta’ studenti li jassentu ruħhom mill-iskola b’mod regolari ħafna. Matul is-sena li għaddiet 20 familja mill-Kulleġġ Santa Margerita bbenefikaw minn dan is-servizz. |
6. Ko-ordinament ma’ entitajiet oħrajn għal programm ta’ attivitajiet fis-sajf
Il-Kulleġġ Santa Maregrita, bl-għajnuna tad-Direttorat għas-Servizzi Eduattivi, issieħeb mal-Aġenzija Appoġġ u ċ-Ċentru Aċċess biex ġie organizzat Klabbsajf għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf 2009 u s-sajf 2010. Dan is-sajf attendew madwar 60 student għall dan il-Klabb.
7. Peer Support bejn l-għalliema b’mod strutturat
| Matul is-sena skolastika | li għaddiet ingħata ħin addizzjonali lill-istaff tal-iskola biex setgħu kellhom sessjonijiet ta’ apoġġ reċiproku matul ġurnata organizzata apposta għal dan l-iskop. Dawn is-sessjonijiet ġew organizzati mis-Surmast tal-Iskola bl-għajnuna ta’ nies professjonali f’dan il-qasam. 30 membri tal-istaff ibbenfikaw minn dan is-servizz. |
| B’sodisfazzjon ngħid li | diġa’ bdejna naraw ir-riżultat ta’ din il-ħidma. Filwaqt li dak li mbuttana lejn dan il-programm li se jiswa €100,000, kienu r-riżultati fqar li l-istudenti ta’ din l-iskola kisbu fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum sentejn ilu fejn ħadd ma kien għadda mill-eżami, din is-sena 50% tal-istudenti li għamlu l-eżami kisbu riżultati tajbin. |
| Irrid nirringrazzja | lill-għalliema dedikati u lil dawk kollha li għenu biex inkiseb dan is-suċċess. Grazzi wkoll lis-Sindku s-Sur Joe Scerri mill-ewwel kien pront irrikonoxxa din il-ħidma anke pubblikament permezz ta’ kitba fil-ġurnali lokali. |
| M’għandix dubju li dan | iċ-Ċentru li semmejnih “Il-Bejta” se jkun bejta vera ta’ attivitajiet b’risq it-tfal tal-Kottonera, li hi ferm għal qalbna, li fl-imgħoddi kienet waħda mill-aqwa żoni tal-pajjiż u li bil-ħidma tagħna lkoll flimkien irridu nressquha biex terġa’ tieħu l-istima li jixirqilha. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990