32 KUMPANIJA MALTIJA B’ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI ISO 9001 MAĦRUĠ MILL-MSA
pr1657
13/09/2010
| F’Malta hawn ‘il fuq | minn 400 kumpanija li kisbu iċ-ċertifikazzjoni internazzjonali ISO 9001. L-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) bdiet toħroġ din iċ-ċertfikazzjoni madwar sentejn ilu u sa issa diġa tat dan ic-certifikat lil 32 kumpanija – 23 fil-qasam tal-manifattura u 9 fil-qasam tas-servizzi. |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said meta dalgħodu ppreżenta ċ-ċertifikazzjoni MSA EN ISO 9001 lill-kumpanija Sara Grech. |
| Iċ-ċertifikazzjoni | ISO 9001 tinħareġ lil dawk il-kumpaniji li jkollhom sistemi ta’ mmaniġġjar ta’ kwalita’. Hu dritt ta’ kull kumpanija li minn jeddha titlob li jsirulha l-verifiki neċessarji biex ikun stabbilit jekk tilħaqx dawn il-livelli ta’ kwalita’. |
| Sabiex tinħareġ | iċ-ċertifikazzjoni, l-uffiċjali tal-MSA jagħmlu verifiki dwar is-sistemi wżati u dwar il-kompetenza tal-ħaddiema tal-kumpanija. Issir ukoll analiżi ta’ kif jinżammu r-‘records’ u dwar l-imġieba tal-kumpanija lejn il-klienti tagħħa. Dan l-eżerċizzju mhux xi ħaġa ta’ darba, tant li kull sitt xhur, xi drabi anke mingħajr pre-avviż, l-uffiċjali tal-MSA iżuru l-kumpaniji biex jassiguraw li l-istandard ikun qed jitjieb u mhux biss jinżamm. Meta kumpaniji jinstabu li ma jkunux qed iżommu l-istandard, jistgħu jispiċċaw biex jitilfu ċ-ċertifikat. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li din iċ-ċertifikazzjoni issaħħaħ ir-reputazzjoni tal kumpanija mal-konsumatur. Li kumpanija jkollha ċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 jagħmilha aktar attraenti għax iċ-ċertifikat minnu nnifsu jfisser garanzija ta’ kwalita’ mhux biss fis-servizz pprovdut iżda wkoll fil-mod kif topera l-kumpanija. |
| Hu tkellem dwar l-importanza | li kumpaniji fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-bejgħ tal-proprjeta’ jiksbu ċertifikazzjoni internazzjonali. Dan għaliex minkejja d-diffikultajiet li għaddiet minnhom fis-sentejn li għaddew, l-industrija tal-bini tibqa’ waħda mill-akbar setturi industrijali f’pajjiżna. L-ammont ta’ xogħol li tiġġenera din l-industrija tħalli effetti pożittivi fuq il-bqija tal-ekonomija. Hu stmat li 12% tal-ħaddiema Maltin huma b’xi mod involuti fl-industrija tal-bini. Dan jitqabbel tajjeb ferm mal-ħaddiema fl-industrija tat-turiżmu. |
| Chris Said qal li l-MSA | hija l-unika organizzazzjoni Maltija li hi akkreditata biex toħroġ l-ISO 9001. Hu qal ukoll li l-interess f’ċertifikazzjonijiet bħal dawn qiegħed dejjem jikber għax ħafna kumpaniji qed jindunaw kemm huwa importanti għalihom li jistabilixxu sistemi ta’ kontroll ta’ kwalita’. |
| Hu stmat li madwar | id-dinja hemm aktar minn miljun kumpanija jew organizzazzjoni li għandhom l-ISO 9001. Chris Said qal li propju għaliex dan iċ-ċertifikat hu rikonoxxut internazzjonalment, hu wkoll uniku. |
| Il-kumpanija Sara | Grech twaqqfet fl-1985 u llum hi waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjeta’ |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990