STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA'
pr1650
10/09/2010
| Id-Direttivi kontra l-ligi tal-MUMN | ipoġġu l-ħajja u s-saħħa tal-pazjenti fperiklu |
| Id-Direttivi maħruġa mill-MUMN, | mahruga minghajr tilwima industrijali valida, ipoġġu l-ħajja u s-saħħa tal-pazjent f'periklu car. Anke li kieku kienet tezisti tilwima industrijali valida, dawn is-servizzi huma meqjusa essenzjali u jridu jkomplu jinghataw. |
| Il-Gvern jaghmilha cara li huwa ma | jaccettax li persuni vulnerabbli jigu mqieghda f'periklu. |
| Għalhekk, il-Gvern fakkar | ufficjalment bl-obbligu tal-infermiera li huma legalment marbuta li jipprovdu s-servizz essenzjali skont l-Artiklu 64 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Dan sar permezz ta ittra lill-Malta Union of Midwives and Nurses fejn id-Direttur Ġenerali ghas-Servizzi tas-Saħħa, spjega wkoll li dawn l-azzjonijiet issejħu minghajr ma tezisti tilwima industrijali valida. |
| Il-lista ta’ direttiva maħruġa mill-MUMN | għall-infermiera fl-Isptar Monte Karmeli jinkludu direttiva li infermiera ma jamministrawx treatment jew pilloli lill-pazjenti u li l-infermiera għandhom jitilqgħu ‘il barra mill-ward tagħhom jekk il-pazjenti jsiru aggressivi minhabba li ma jkunux inghataw it-trattament! |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u | Kura fil-Komunita, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita jiddeploraw dan l-aġir irresponsabbli minn min qiegħed imexxi l-Union tan-Nurses fejn il-kura , ir-rispett u d-dinjita tal-pazjent għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox. |
| Sadattant it-tentattivi ta’ | medjazzoni meħuda mill-Gvern fallew minħabba nuqqas ta’ interess min-naħa tal-MUMN. Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea, li bħalissa jinsab rekoverat l-isptar Mater Dei, saħansitra stieden l-MUMN biex jekk iridu jiltaqghu mieghu fl-isptar stess, f'hin u gurnata accettabbli ghall-union, bit-tama li tinsab soluzzjoni. Minkejja dan, l-MUMN irrifjutata din l-istedina u riedet akkost ta’ kollox tkompli bl-azzjonijiet taghha. |
| Il-Ministru għas-Saħħa, Anzjani u | Kura fil-Komunita Joe Cassar gie kostrett iħassar is-sehem tiegħu f’konferenza tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li ser issir fir-Russja sabiex flimkien mas-Segretarju Parlamentari jkunu jistghu jizguraw li l-aġir tal-MUMN ma jissarrafx fi ħsara u dannu għall-pazjenti. Dan ifisser li kapric tal-MUMN, pajjiżna mhux se jkun rappreżentat fil-livell politiku matul din il-konferenza tant importanti. |
| In-nurses involuti ser jircievu wkoll | ittra ufficjali fejn ser tingibdilhom l-attenzjoni dwar l-obbligi taghhom skond il-ligi. |
| Din il-gimgha pazjenti li jiehdu | d-demm fic-Centri tas-Sahha, pazjenti morda bil-kliewi u pazjenti li qed jiehdu kura ghas-sahha mentali spiccaw milquta minn azzjonijiet insensittivi tal-MUMN. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990