Left arrow Go Back

Suċċess kbir minn Tim Mediku Malti

pr1638
Date Icon 09/09/2010
Il-Ministru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor. Joe Cassar,  iltaqa’ mat-tim ta’ Maltin li ħadu sehem fl-ewwel European Emergency Medicine Championship  li ttella’ bejn it-30 t’Awwissu u l-4 ta’ Settembru fil-Polonja.
It-tim Mediku Malti,taħt it-tmexxija ta’ Dr Jonathan Joslin huwa magħmul ukoll minn Dr Michael Spiteri u Vicky Bugeja Rausi (infermiera). Huma kollha ħaddiema mad-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-Isptar Mater Dei u xogħolhom huwa li jagħtu l-ewwel għajnuna permezz tas-servizz tall-Ambulanza.
It-tim Malti kkompetakontra 40 tim minn sptarijiet ewropej u tim mistieden minn New York. Il-kompetizzjoni kienet ibbazata fuq xenarji li jiffaċċja ruħu magħhom tim mediku meta tissejjaħ ambulanza f’każijiet varji ta’ emergenza.
It-tim Mediku Maltirebaħ il-premju għall-Best Foreign Team u r-raba’ overall.
F’kelmtejn ta’l-okkażjoni l-Ministru Cassar irringrazzja lill-ħaddiema ta’ l-emerġenza u feraħ lit-tim Malti. “Hija ħasra li din l-aħbar ma’ tantx ingħatat spazju fil-gażżetti. Dan huwa suċċess kbir għat-tim innifsu u għalina l-Maltin.” sostna l-Ministru Cassar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow